Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0378

    Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    Kawża C‑378/13

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika Ellenika

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Immaniġġar ta’ skart — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Diċembru 2014

    1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu għall-eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(2) TFUE)

    2. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

      (Artikolu 258 TFUE)

    3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-ħlas – Kundizzjoni – Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-għoti tas-sentenza

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-għamla u tal-ammont – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji

      (Artikoli 258 TFUE u 260(2) TFUE)

    5. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Pagamenti ta’ penalità li jonqsu gradwalment

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    6. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Somma f’daqqa – Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet – Ammissibbiltà

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    7. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 26, 27)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 29)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 47, 50, 51)

    4.  Fir-rigward tal-ammont u tal-għamla tal-pagamenti ta’ penalità imposti fuq Stat Membru, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, li għandha tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità b’mod li jkunu, minn naħa, adatti għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonati mal-ksur ikkonstatat, kif ukoll, mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat.

      Il-proposti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jorbtu lill-Qorti tal-Ġustizzja u huma biss punt ta’ riferiment utli. Bl-istess mod, il-linji gwida bħal dawk inklużi fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ma jorbtux lill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda jikkontribwixxu sabiex jiggarantixxu t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali tal-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni nfisha meta din l-istituzzjoni tagħmel proposti lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ proċedura bbażata fuq l-Artikolu 260(2) TFUE dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jissokta min-naħa ta’ Stat Membru minkejja l-fatt li dan l-istess nuqqas ikun ġie kkonstatat f’sentenza inizjali mogħtija abbażi tal-Artikolu 226 KE jew tal-Artikolu 258 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jibqa’ jkollha l-libertà li tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità imposti fl-ammont u fl-għamla li hija tikkunsidra xierqa sabiex tinkoraġġixxi lil dan l-Istat Membru jtemm l-ineżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn din is-sentenza inizjali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

      Għaldaqstant, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterji bażiċi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata n-natura koerċittiva tal-pagamenti ta’ penalità fid-dawl tal-applikazzjoni uniformi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni huma, fil-prinċipju, it-tul tal-ksur, evalwat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-mument li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-fatti u mhux il-mument li fih din tal-aħħar tkun adita mill-Kummissjoni, il-grad ta’ gravità tiegħu u l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni reċenti tal-prodott domestiku gross tiegħu kif tkun fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni għall-interessi privati u pubbliċi, kif ukoll l-urġenza li l-Istat Membru kkonċernat jiġi inċentivat jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu.

      (ara l-punti 52, 53, 57, 58)

    5.  Sabiex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni sħiħa ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-pagamenti ta’ penalità għandhom jintalbu fl-intier tagħhom sakemm l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex itemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat. F’ċerti każijiet partikolari, tista’ madankollu tiġi prevista sanzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-progress li jkun eventwalment sar mill-Istat Membru fl-eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu.

      Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu ta’ dawn il-pagamenti ta’ penalità kif ukoll tal-frekwenza tagħhom, il-pagamenti ta’ penalità li jonqsu gradwalment u li jiġu stabbiliti kull sitt xhur jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-istat ta’ progress tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tas-sitwazzjoni li tipprevali fi tmiem il-perijodu inkwistjoni.

      (ara l-punti 60-62)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 71)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 72-77)

    Top

    Kawża C‑378/13

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika Ellenika

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Immaniġġar ta’ skart — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Diċembru 2014

    1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Terminu għall-eżekuzzjoni — Data ta’ riferiment sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

      (Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(2) TFUE)

    2. Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà

      (Artikolu 258 TFUE)

    3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Kundanna għall-ħlas — Kundizzjoni — Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-għoti tas-sentenza

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-għamla u tal-ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji

      (Artikoli 258 TFUE u 260(2) TFUE)

    5. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Pagamenti ta’ penalità li jonqsu gradwalment

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    6. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa — Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet — Ammissibbiltà

      (Artikolu 260(2) TFUE)

    7. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji ta’ evalwazzjoni