Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0088

    Gruslin

    Kawża C‑88/13

    Philippe Gruslin

    vs

    Beobank SA

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Direttiva 85/611/KEE — Artikolu 45 — Kunċett ta’ ‘pagamenti lil titolari [detenturi] ta’ unitajiet’ — Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014

    1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Talba mmotivata mill-interess li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali li ma kinux is-suġġett ta’ diskussjoni bejn il-partijiet – Ċaħda

      (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

    2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Motiv infondat – Domanda ammissibbli

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli – Direttiva 85/661 – Pagamenti lid-detenturi ta’ unitajiet – Portata – Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/65, premessa 22 u Artikolu 19(3)(m); Direttiva tal-Kunsill 85/611, Artikolu 45)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 21‑23)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 27‑29)

    3.  L-obbligu previst fl-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), li skontu impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab hija obbligata tiżgura li jsiru l-pagamenti lid-detenturi ta’ unitajiet fl-Istat Membru tat-tqegħid fis-suq, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix il-kunsinna, lid-detenturi ta’ unitajiet, ta’ ċertifikati li jirrappreżentaw l-unitajiet li jkunu rreġistrati f’isimhom fir-reġistru tad-detenturi ta’ unitajiet miżmum mill-emittent.

      Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/611 la jinkludu xi rekwiżit f’dak li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ rappreżentazzjoni, ta’ żamma u ta’ ċirkulazzjoni tal-unitajiet ta’ UCITS u lanqas f’dak li jirrigwarda l-mezzi ta’ prova tal-proprjetà tal-unitajiet bil-għan li d-detentur tagħhom jeżerċita d-drittijiet relatati magħhom.

      Konsegwentement, l-imsemmija direttiva ma tirregolax l-oqsma msemmija iktar ’il fuq u tillimita ruħha li tistabbilixxi sempliċi obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lid-detenturi ta’ unitajiet f’dan ir-rigward.

      (ara l-punti 41, 44, 47 u d-dispożittiv)

    Top