EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0382

MasterCard et vs Il-Kummissjoni

Kawża C‑382/12 P

MasterCard Inc. et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Appelli inċidentali — Ammissibbiltà — Artikolu 81 KE — Sistema ta’ ħlas miftuħa permezz ta’ karti ta’ debitu, b’debitu ddifferit u ta’ kreditu — Kummissjonijiet multilaterali ta’ skambju awtomatiku — Assoċjazzjoni ta’ impriżi — Effett ta’ restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni — Kriterju tal-isħarriġ ġudizzjarju — Kunċett ta’ ‘restrizzjoni anċillari’ — Natura oġġettivament neċessarja u proporzjonata — ‘Ipoteżijiet kontrafattwali’ xierqa — Sistemi b’żewġ naħat — Trattament tal-annessi tar-rikors fl-ewwel istanza”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014

  1. Appell – Appell inċidentali – Ammissibbiltà – Obbligu li l-appell inċidentali jiġi ppreżentat b’att separat – Regola introdotta bir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din ir-regola għall-appell ippreżentat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regoli – Appell inċidentali ppreżentat bir-risposta qabel din id-data – Ammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 57(7) u 176(2)) (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1991, Artikolu 37(6))

  2. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għal elementi li jidhru f’anness – Inammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

  3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  4. Akkordji – Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi – Kunċett

    (Artikolu 81(1) KE)

  5. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Restrizzjoni anċillari – Kunċett – Restrizzjoni neċessarja għat-twettiq ta’ operazzjoni prinċipali – Natura oġġettiva u proporzjonata – Restrizzjoni li rrendiet l-operazzjoni prinċipali iktar diffiċli jew inqas profitabbli – Esklużjoni tal-kunċett – Natura distinta tan-natura indispensabbli ta’ restrizzjoni li tista’ tibbenefika minn eżenzjoni

    (Artikolu 81(1) u (3) KE)

  6. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Restrizzjoni anċillari – Kunċett – Restrizzjoni neċessarja għat-twettiq ta’ operazzjoni prinċipali – Natura oġġettiva u proporzjonata – Evalwazzjoni tan-natura proporzjonata

    (Artikolu 81(1) u (3) KE)

  7. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  8. Appell – Aggravji – Aggravju bbażat fuq in-nuqqas ta’ tweġiba mill-Qorti Ġenerali għal motiv – Modalitajiet ta’ preżentazzjoni

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1991, Artikoli 112(1)(ċ))

  9. Appell – Aggravji – Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali – Aggravju oskur – Inammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1991, Artikolu 112(1)(ċ))

  10. Kompetizzjoni – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Stħarriġ tal-legalità kemm tad-dritt kif ukoll tal-fatt

    (Artikolu 81(1) KE; Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  11. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku – Assenza tal-eżami tal-effett fuq il-kompetizzjoni fl-assenza tal-ftehim kontenzjuż – Inammissibbiltà

    (Artikolu 81(1) KE)

  12. Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  13. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għan antikompetittiv – Konstatazzjoni suffiċjenti

    (Artikolu 81(1) KE)

  14. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1991, Artikolu 112(1)(ċ))

  15. Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kundizzjonijiet – Titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni ta’ prodotti jew kontribuzzjoni għall-progress tekniku jew ekonomiku – Vantaġġi oġġettivi sinjifikattivi ta’ natura li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-ftehim għall-kompetizzjoni – Applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għal sistema b’żewġ naħat – Natura favorevoli tal-effett fuq il-konsumatri tas-suq distint konness – Insuffiċjenza – Neċessità li jiġu kkonstatati vantaġġi fis-suq rilevanti

    (Artikolu 81(3) KE)

  16. Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova – Portata

    (Artikolu 81(3) KE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 23, 24)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 36-39)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 60, 113, 119)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 62, 63, 68, 71, 72, 76)

  5.  Fejn hija kwistjoni li jiġi ddeterminat jekk restrizzjoni antikompetittiva tistax taħrab mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE minħabba li hija anċillari għal operazzjoni prinċipali li ma hijiex ta’ natura antikompetittiva, għandu jiġi eżaminat jekk it-twettiq ta’ din l-operazzjoni jkunx impossibbli fl-assenza tar-restrizzjoni inkwistjoni. Il-fatt li l-imsemmija operazzjoni sempliċement issir iktar diffiċli sabiex titwettaq jew inqas profitabbli fl-assenza tar-restrizzjoni inkwistjoni ma jistax jitqies li jagħti lil din ir-restrizzjoni n-natura oġġettivament neċessarja meħtieġa sabiex din tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala anċillari. Fil-fatt, tali interpretazzjoni twassal sabiex dan il-kunċett jiġi estiż għal restrizzjonijiet li ma humiex strettament indispensabbli għat-twettiq tal-operazzjoni prinċipali. Tali riżultat jippreġudika l-effettività tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE.

    Din l-interpretazzjoni ma twassalx għal amalgamazzjoni bejn, minn naħa, il-kundizzjonijiet imposti mill-ġurisprudenza sabiex, għall-finijiet tal-Artikolu 81(1) KE, restrizzjoni tiġi kklassifikata anċillari u, min-naħa l-oħra, il-kriterju tan-natura indispensabbli meħtieġa skont l-Artikolu 81(3) KE sabiex restrizzjoni pprojbita tkun tista’ tibbenefika minn eżenzjoni. Fil-fatt, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom għanijiet differenti u dan il-kriterju tal-aħħar huwa relatat mal-kwistjoni ta’ jekk koordinazzjoni bejn impriżi ta’ natura li jkollha effett sfavorevoli sinjifikattiv fuq il-parametri tal-kompetizzjoni, bħal, partikolarment, il-prezz, il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti jew tas-servizzi, li taqa’, għalhekk, taħt il-prinċipju ta’ projbizzjoni previst fl-Artikolu 81(3) KE, tistax madankollu, fl-ambitu tal-Artikolu 81(3) KE, titqies li hija indispensabbli għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni jew għall-promozzjoni tal-progress tekniku jew ekonomiku, filwaqt li tħalli għall-konsumaturi sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnha. Min-naħa l-oħra, il-kriterju tan-neċessità oġġettiva, fis-sens ta’ dawn il-punti, jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, fin-nuqqas ta’ restrizzjoni partikolari tal-awtonomija kummerċjali, operazzjoni jew attività prinċipali li ma taqax taħt il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE u li fir-rigward tagħha l-imsemmija restrizzjoni hija sekondarja, tkunx f’riskju li ma titwettaqx jew li ma tibqax għaddejja. B’dan il-mod, huma biss ir-restrizzjonijiet li huma neċessarji sabiex l-operazzjoni prinċipali tkun tista’, fil-każijiet kollha, tiffunzjona, li jistgħu jitqiesu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-teorija tar-restrizzjonijiet anċillari u l-fatt li l-assenza ta’ dawn is-restrizzjonijiet anċillari jista’ jkollha konsegwenzi negattivi fuq l-operazzjoni prinċipali fih innifsu ma jimplikax li l-operazzjonijiet anċillari għandhom jitqiesu bħala oġġettivament neċessarji ladarba l-operazzjoni prinċipali tista’ tibqa’ tiffunzjona mingħajrhom.

    (ara l-punti 91-94, 180)

  6.  Fl-ambitu tal-evalwazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE tan-natura anċillari fir-rigward ta’ operazzjoni jew attività prinċipali ta’ restrizzjoni partikolari għall-awtonomija kummerċjali, hemm lok li mhux biss tiġi eżaminata n-neċessità ta’ din ir-restrizzjoni għall-implementazzjoni tal-operazzjoni jew tal-attività prinċipali, iżda wkoll il-proporzjonalità ta’ din ir-restrizzjoni fid-dawl tal-għanijiet sottostanti din l-operazzjoni jew din l-attività.

    Għalhekk, sabiex tiġi kkontestata n-natura anċillari ta’ restrizzjoni, huwa possibbli li wieħed jibbaża ruħu fuq l-eżistenza ta’ alternattivi realistiċi, inqas restrittivi għall-kompetizzjoni mir-restrizzjoni inkwistjoni. F’dan ir-rigward, l-alternattivi li fuqhom wieħed jista’ jibbaża ruħu fl-ambitu tal-evalwazzjoni tan-neċessità oġġettiva ta’ restrizzjoni ma humiex limitati għas-sitwazzjoni li tirriżulta fl-assenza tar-restrizzjoni inkwistjoni, iżda jistgħu wkoll jiġu estiżi għal ipoteżijiet kontrafattwali oħra bbażati, partikolarment, fuq sitwazzjonijiet realistiċi li jistgħu jirriżultaw fl-assenza ta’ din ir-restrizzjoni.

    (ara l-punti 107, 109, 111)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 112, 188, 189)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 148)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 151)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 155, 156)

  11.  Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta, bħala parti mill-analiżi tagħha tal-effetti restrittivi fuq il-kompetizzjoni ta’ kummissjonijiet multilaterali ta’ skambju ta’ sistema ta’ ħlas operata minn organizzazzjoni internazzjonali, kummissjonijiet applikabbli senjatament għal ħlasijiet b’karta bankarja transkonfinali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea jew iż-Żona Euro, ma tindirizzax in-natura probabbli, jew plawżibbli, tal-projbizzjoni ta’ impożizzjoni ta’ tariffi ex post (jiġifieri tariffi li jiġu imposti wara li jkun sar xiri minn wieħed mid-detenturi tal-karti tal-bank emittenti mingħand wieħed min-negozjanti tal-bank akkwirenti u t-tranżazzjoni tkun ġiet suġġetta għal regolarizzazzjoni) fil-każ tal-assenza ta’ dawn il-kummissjonijiet, iżda sempliċement tibbaża ruħha biss fuq il-kriterju tal-vijabbiltà ekonomika ta’ sistema li topera mingħajr dawn il-kummissjonijiet, u biss fuq il-bażi ta’ projbizzjoni ta’ impożizzjoni ta’ tariffi ex post, biex tiġġustifika t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali projbizzjoni.

    (ara l-punti 161, 165-167-169, 173-175, 177)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 170, 174, 175, 190, 198)

  13.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 184,185)

  14.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 215, 216, 218)

  15.  Kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li tirriżulta kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81(1) KE tista’ biss tkun is-suġġett ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) KE kemm-il darba tissodisfa l-kundizzjonijiet hemm ipprovduti, inkluża l-kundizzjoni ta’ kontribuzzjoni għat-titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni tal-prodotti jew għall-promozzjoni tal-progress tekniku jew ekonomiku. Barra minn hekk, meta ma jkunx possibbli li deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi tinżamm distinta mill-operazzjoni jew mill-attività prinċipali li magħha hija assoċjata mingħajr ma jiġu kompromessi l-eżistenza u l-għanijiet tagħha, il-kompatibbiltà mal-Artikolu 81 KE ta’ din id-deċiżjoni għandha tiġi eżaminata flimkien mal-kompatibbiltà tal-operazzjoni jew tal-attività prinċipali li għaliha hija anċillari.

    Min-naħa l-oħra, ladarba ġie kkonstatat li tali deċiżjoni ma hijiex oġġettivament neċessarja għall-implementazzjoni ta’ operazzjoni jew ta’ attività determinata, huma biss il-vantaġġi oġġettivi li joħorġu speċifikament mill-imsemmija deċiżjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-ambitu tal-Artikolu 81(3) KE.

    Barra minn hekk, it-titjib, fis-sens tal-ewwel kundizzjoni prevista fl-Artikolu 81(3) KE, ma jistax jiġi identifikat għal kull vantaġġ li l-imsieħba jiksbu mill-ftehim inkwistjoni fir-rigward tal-attività tagħhom ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni. Dan it-titjib għandu partikolarment jipprovdi vantaġġi oġġettivi sinjifikattivi, ta’ natura li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li dan l-ftehim joħloq fil-livell tal-kompetizzjoni.

    F’dan il-kuntest, fil-preżenza ta’ sistema b’żewġ naħat, sabiex jiġi evalwat jekk miżura li bħala prinċipju tikser il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE sa fejn din toħloq effetti restrittivi fir-rigward ta’ wieħed miż-żewġ gruppi ta’ konsumaturi assoċjat ma’ din is-sistema, tistax tissodisfa l-ewwel kundizzjoni prevista fl-Artikolu 81(3) KE, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sistema li taħtha din il-miżura taqa’, inkluż, jekk ikun il-każ, il-vantaġġi oġġettivi kollha li jirriżultaw mill-istess miżura mhux biss fis-suq li fih ir-restrizzjoni ġiet ikkonstatata, iżda wkoll fis-suq li jinkludi l-grupp l-ieħor ta’ konsumaturi assoċjat ma’ din is-sistema, partikolarment li hemm interazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tas-sistema inkwistjoni. Għal dan il-għan, għandu jiġi evalwat, jekk ikun il-każ, jekk tali vantaġġi humiex ta’ natura li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li l-istess miżura toħloq fil-livell tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, huwa neċessarju, fil-prinċipju, fl-eżami tal-ewwel kundizzjoni prevista fl-Artikolu 81(3) KE, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-vantaġġi oġġettivi, mhux biss fis-suq rilevanti, iżda wkoll fis-suq distint konness.

    Madankollu, fil-każ fejn effetti restrittivi huma kkonstatati biss f’suq wieħed ta’ sistema b’żewġ naħat, il-vantaġġi li joħorġu mill-miżura restrittiva f’suq distint konness li huwa assoċjat ukoll ma’ din is-sistema ma jistgħux, fihom infushom, ikunu ta’ natura li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li jirriżultaw minn din il-miżura fl-assenza ta’ kull prova tal-eżistenza ta’ vantaġġi oġġettivi sinjifikattivi imputabbli lil din il-miżura fis-suq rilevanti, partikolarment, meta l-konsumaturi li jkunu jinsabu f’dawn is-swieq ma jkunux sostanzjalment l-istess.

    (ara l-punti 230, 231, 234, 237, 240, 242)

  16.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 235, 236)

Top