This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0394
B.
B.
Kawża C‑394/13
Ministerstvo práce a sociálních věcí
vs
B.
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja — Sitwazzjoni fejn il-ħaddiem migrant kif ukoll il-familja tiegħu jgħixu fi Stat Membru fejn huma għandhom iċ-ċentru ta’ interess tagħhom u fejn ġie riċevut benefiċċju tal-familja — Talba għal benefiċċju tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini wara t-tmiem tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini li tipprevedi l-għoti ta’ tali benefiċċji lil kull persuna li għandha domiċilju rreġistrat f’dan l-Istat”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni li huma rilevanti – Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi
(Artikolu 267 TFUE)
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji tal-familja – Leġiżlazzjoni applikabbli – Kompetenza ta’ Stat Membru għas-sempliċi fatt li domiċilju rreġistrat ta’ min jagħmel it-talba għall-benefiċċji tal-familja jinsab f’dan l-Istat Membru – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ kompetenza ta’ Stat Membru minħabba n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ rabta preċiża u partikolarment mill-qrib bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u t-territorju ta’ dan l-Istat Membru
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008, Artikolu 13)
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji tal-familja – Leġiżlazzjoni applikabbli – Kompetenza ta’ Stat Membru għas-sempliċi fatt li domiċilju rreġistrat ta’ min jagħmel it-talba għall-benefiċċji tal-familja jinsab f’dan l-Istat Membru – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, Artikolu 11)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 19)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 21)
Ir-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies li huwa l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, mingħajr ma din u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru. L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi wkoll li Stat Membru, li ma huwiex l-Istat kompetenti fir-rigward ta’ persuna kkunsidrata, jagħti benefiċċji tal-familja lil din, sakemm ma tkunx teżisti rabta preċiża u partikolarment mill-qrib bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru.
(ara l-punt 30 u d-dispożittiv 1)
Ir-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies bħala l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru mingħajr ma hija u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru.
(ara l-punt 36 u d-dispożittiv 2)