Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0220

    Nikolaou vs Cour des Comptes

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Il-Qorti tal-Awdituri — Obbligi tal-Membri — Ksur — Sentenza ta’ qorti nazzjonali li tillibera lill-persuna kkonċernata minn kull akkuża — Obbligu għall-Qorti tal-Awdituri li tadotta deċiżjoni ta’ liberazzjoni u li tirrendiha pubblika — Assenza — Kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti mwettqa mill-qorti nazzjonali li ma torbotx lill-istituzzjoni

    (Artikolu 247(7) KE)

    2. Rikors għad-danni — Natura awtonoma — Talba li tirrigwarda fatti li diġà ġew evalwati minn qorti nazzjonali — Kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti li ma torbotx lill-qorti tal-Unjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fir-rigward tal-qrati nazzjonali — Assenza

    (Artikoli 10 KE, 235 KE u 288 KE)

    3. Il-Qorti tal-Awdituri — Obbligi tal-Membri — Ksur — Trażmissjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ta’ informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni — Obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ persuna implikata f’investigazzjoni — Portata

    (Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri 99/50, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4)

    Summary

    1. Peress li, minn naħa, huma esklużivament l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali li għandhom jeżaminaw l-akkużi fuq livell kriminali miġjuba kontra ex Membru tal-Qorti tal-Awdituri, u, min-naħa l-oħra, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tevalwahom fuq livell dixxiplinari abbażi tal-Artikolu 247(7) KE, il-Qorti tal-Awdituri nnifisha la għandha s-setgħa, fil-kuntest tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li tadotta deċiżjoni formali li tillibera lill-persuna kkonċernata minn kull akkuża miġjuba kontriha, fuq livell dixxiplinari jew fuq livell kriminali, u lanqas li tippubblika, fl-istampa, l-aħbar li hija kienet ġiet illiberata. Barra minn hekk, peress li l-Qorti tal-Awdituri, bħala awtorità li tressaq proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 247(7) KE, ma hijiex marbuta bil-kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti mwettqa matul proċedura kriminali nazzjonali, hija ma tistax tkun marbuta tadotta, wara sentenza ta’ liberazzjoni mogħtija fi Stat Membru, l-atti jew l-aġir invokati mill-appellanti.

    (ara l-punti 39, 40)

    2. Ir-rikors għad-danni marbut ma’ responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità għall-azzjonijiet jew għall-ommissjonijiet tal-istituzzjonijiet tagħha, skont l-Artikoli 235 KE u 288 KE, ġie stabbilit bħala rimedju awtonomu minn azzjonijiet ġudizzjarji oħra, li għandu l-funzjoni partikolari tiegħu fil-kuntest tas-sistema tar-rimedji u li huwa suġġett għal kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju maħsuba fid-dawl tal-iskop speċifiku tiegħu.

    Għaldaqstant, għalkemm il-konstatazzjonijiet magħmula matul proċedura kriminali nazzjonali li tirrigwarda fatti identiċi għal dawk eżaminati fil-kuntest ta’ proċedura bbażata fuq l-Artikolu 235 KE jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti Komunitarja adita, din tal-aħħar madankollu ma hijiex marbuta bil-kwalifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija fatti mwettqa mill-qorti kriminali, iżda għandha, fl-eżerċizzju sħiħ tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tanalizzahom b’mod awtonomu sabiex tivverifika jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità. Konsegwentement, ma jistax jiġi allegat li l-qorti Komunitarja kisret il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, li jinsab fl-Artikolu 10 KE, billi evalwat ċerti punti ta’ fatt b’mod diverġenti meta mqabbla mal-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-qorti nazzjonali.

    (ara l-punti 54‑56)

    3. Mingħajr ma tispeċifika b’ebda mod it-tipoloġija ta’ investigazzjoni prevista, l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 99/50 tal-Qorti tal-Awdituri, dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, tipprovdi sempliċement li, fil-każ fejn jidher li jkun hemm il-possibbiltà ta’ implikazzjoni personali ta’ Membru, ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal tal-imsemmija Qorti, il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata “malajr”, meta dan ma jipperikolax li ssir ħsara lill-investigazzjoni. Minn dan isegwi li, minn naħa, din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix obbligu ta’ informazzjoni immedjata, mill-bidu tal-investigazzjoni, u li, min-naħa l-oħra, hija timmitiga dan l-obbligu billi teżiġi li tiġi protetta l-effikaċja tal-investigazzjoni.

    (ara l-punti 87, 88)

    Top

    Kawża C‑220/13 P

    Kalliopi Nikolaou

    vs

    Il‑Qorti tal Awdituri tal-Unjoni Ewropea

    “Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ommissjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri — Talba għall-kumpens għad-dannu — Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Kompetenzi — Żvolġiment tal-investigazzjonijiet preliminari”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

    1. Il-Qorti tal-Awdituri – Obbligi tal-Membri – Ksur – Sentenza ta’ qorti nazzjonali li tillibera lill-persuna kkonċernata minn kull akkuża – Obbligu għall-Qorti tal-Awdituri li tadotta deċiżjoni ta’ liberazzjoni u li tirrendiha pubblika – Assenza – Kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti mwettqa mill-qorti nazzjonali li ma torbotx lill-istituzzjoni

      (Artikolu 247(7) KE)

    2. Rikors għad-danni – Natura awtonoma – Talba li tirrigwarda fatti li diġà ġew evalwati minn qorti nazzjonali – Kwalifikazzjoni ġuridika tal-fatti li ma torbotx lill-qorti tal-Unjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fir-rigward tal-qrati nazzjonali – Assenza

      (Artikoli 10 KE, 235 KE u 288 KE)

    3. Il-Qorti tal-Awdituri – Obbligi tal-Membri – Ksur – Trażmissjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ta’ informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni – Obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ persuna implikata f’investigazzjoni – Portata