This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0350
Conseil / In 't Veld
Conseil / In 't Veld
1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti — Rifjut ibbażat fuq diversi eċċezzjonijiet — Ammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 4 u 11 u Artikoli 1 u 4)
2. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 11 u Artikolu 4(1)(a))
3. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta’ ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti — Portata li tikkonċerna d-dokumenti li fuqhom huwa bbażat il-proċess leġiżlattiv
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 2 u Artikoli 2(3) u 4(2) u (3))
4. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Limiti
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(a))
5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-pariri legali — Obbligu tal-istituzzjoni li teżamina n-natura ta’ parir legali tal-att u l-possibbiltà konkreta ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-parir legali u li tivverifika l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2))
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 46-48, 100)
2. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 51, 52, 64)
3. Meta istituzzjoni tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija għandha l-obbligu li tibbilanċja l-interess speċifiku li għandu jiġi protett min-nuqqas ta’ żvelar tad-dokument ikkonċernat u, b’mod partikolari, l-interess ġenerali li dan id-dokument ikun aċċessibbli, fid-dawl tal-vantaġġi li jirriżultaw, kif tirrileva l-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, minn trasparenza ikbar, jiġifieri parteċipazzjoni aħjar miċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll iktar leġittimità, effettività u responsabbiltà min-naħa tal-amministrazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini f’sistema demokratika, u dawn il-kunsiderazzjonijiet huma ta’ rilevanza partikolari fil-każ fejn l-istituzzjoni taġixxi fil-kwalità tagħha ta’ leġiżlatur.
L-attività mhux leġiżlattiva tal-istituzzjonijiet ma taqax barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li dan japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri mfassla jew riċevuti minnha u fil-pussess tagħha, fl-oqsma kollha tal-attività tal-Unjoni.
(ara l-punti 53, 106, 107)
4. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 63)
5. Għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni marbuta mal-pariri legali prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-eżami li għandu jitwettaq minn istituzzjoni meta tintalab tiżvela dokument għandu neċessarjament isir fi tliet partijiet, li jikkorrispondu għat-tliet kriterji li jinsabu f’din id-dispożizzjoni.
Għaldaqstant, l-istituzzjoni, l-ewwel nett, għandha tiżgura li d-dokument li qed jintalab jiżvela jikkonċerna verament parir legali. It-tieni nett, hija għandha teżamina jekk l-iżvelar ta’ partijiet mid-dokument inkwistjoni identifikati bħala li jikkonċernaw pariri legali jippreġudikax il-protezzjoni li minnha għandhom jibbenefikaw dawn tal-aħħar, fis-sens li huma jippreġudikaw l-interess ta’ istituzzjoni li titlob pariri legali u li tirċievi pariri sinċieri, oġġettivi u komprensivi. Ir-riskju ta’ preġudizzju lil dan l-interess għandu, sabiex ikun jista’ jiġi invokat, ikun raġonevolment prevedibbli, u mhux purament ipotetiku. It-tielet u l-aħħar nett, jekk l-istituzzjoni tqis li l-iżvelar ta’ dokument jippreġudika l-protezzjoni dovuta lill-pariri legali bħal kif għadha kif ġiet iddefinita, hija għandha l-obbligu li tivverifika li ma jeżistix interess pubbliku superjuri li jiġġustifika dan l-iżvelar minkejja l-preġudizzju li jirriżulta minn hekk għall-kapaċità tagħha li titlob pariri legali u li tirċievi pariri sinċieri, oġġettivi u komprensivi.
(ara l-punti 95, 96)
Kawża C‑350/12 P
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
vs
Sophie in ’t Veld
“Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u Artikolu 4(6) — Parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-ftuħ tan-negozjati bl-għan li jiġi konkluż ftehim internazzjonali — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess — Protezzjoni tal-interess pubbliku għal dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali — Protezzjoni tal-pariri legali — Deċiżjoni ta’ rifjut parzjali għal aċċess”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti – Rifjut ibbażat fuq diversi eċċezzjonijiet – Ammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 4 u 11 u Artikoli 1 u 4)
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 11 u Artikolu 4(1)(a))
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Obbligu ta’ ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti – Portata li tikkonċerna d-dokumenti li fuqhom huwa bbażat il-proċess leġiżlattiv
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 2 u Artikoli 2(3) u 4(2) u (3))
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interess pubbliku – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Limiti
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(a))
Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-pariri legali – Obbligu tal-istituzzjoni li teżamina n-natura ta’ parir legali tal-att u l-possibbiltà konkreta ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tal-parir legali u li tivverifika l-assenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 46-48, 100)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 51, 52, 64)
Meta istituzzjoni tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija għandha l-obbligu li tibbilanċja l-interess speċifiku li għandu jiġi protett min-nuqqas ta’ żvelar tad-dokument ikkonċernat u, b’mod partikolari, l-interess ġenerali li dan id-dokument ikun aċċessibbli, fid-dawl tal-vantaġġi li jirriżultaw, kif tirrileva l-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, minn trasparenza ikbar, jiġifieri parteċipazzjoni aħjar miċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll iktar leġittimità, effettività u responsabbiltà min-naħa tal-amministrazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini f’sistema demokratika, u dawn il-kunsiderazzjonijiet huma ta’ rilevanza partikolari fil-każ fejn l-istituzzjoni taġixxi fil-kwalità tagħha ta’ leġiżlatur.
L-attività mhux leġiżlattiva tal-istituzzjonijiet ma taqax barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li dan japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri mfassla jew riċevuti minnha u fil-pussess tagħha, fl-oqsma kollha tal-attività tal-Unjoni.
(ara l-punti 53, 106, 107)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 63)
Għal dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni marbuta mal-pariri legali prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-eżami li għandu jitwettaq minn istituzzjoni meta tintalab tiżvela dokument għandu neċessarjament isir fi tliet partijiet, li jikkorrispondu għat-tliet kriterji li jinsabu f’din id-dispożizzjoni.