EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0075

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑75/13

SEK Zollagentur GmbH

vs

Hauptzollamt Gießen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Tneħħija illegali mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija suġġetta għal dazji doganali fuq l-importazzjoni — Tnissil tad-dejn doganali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

  1. Moviment liberu tal-merkanzija – Tranżitu – Tranżitu Komunitarju estern – Merkanzija f’ħażna temporanja – Merkanzija mhux Komunitarja – Kunċett ta’ tneħħija kontra l-liġi – Tbegħid temporanja tad-dokument ta’ tranżitu mill-merkanzija

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, Artikoli 50 u 203)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija – Tranżitu – Tranżitu Komunitarju estern – Merkanzija f’ħażna temporanja – Tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali – Debitur tad-dejn doganali skont l-Artikolu 203(3) tar-Regolament Nru 2913/92

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, Artikolu 203)

  1.  L-Artikoli 50 u 203 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li merkanzija mqiegħda f’ħażna temporanja għandha titqies li hija tneħħiet mis-sorveljanza doganali jekk hija ddikjarata li qiegħda fi proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern, iżda ma ħallietx il-ħażna u ma ġietx ippreżentata lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni, filwaqt li d-dokumenti ta’ tranżitu ġew ippreżentati lil dan tal-aħħar.

    It-tbegħid temporanju tad-dokument ta’ tranżitu mill-merkanzija relatata ma’ dan id-dokument għandu jiġi kklassifikat bħala tneħħija tal-imsemmija merkanzija mis-sorveljanza doganali. Dan it-tbegħid huwa, fil-fatt, att li għandu r-riżultat li jipprevjeni, anki mumentarjament biss, lill-awtorità doganali kompetenti milli taċċedi għal merkanzija taħt sorveljanza doganali u li twettaq il-kontrolli previsti mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni.

    Bl-istess mod. it-tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali tippresupponi biss li jkunu ġew issodisfatti kundizzjonijiet ta’ natura oġġettiva bħall-assenza fiżika tal-merkanzija fil-post ta’ depożitu awtorizzat meta l-awtorità doganali għandha l-intenzjoni li teżamina l-imsemmija merkanzija. Għaldaqstant, huwa biżżejjed sabiex ikun hemm tneħħija mis-sorveljanza doganali, li l-merkanzija tkun ġiet oġġettivament imneħħija minn kontrolli eventwali, irrispettivament minn jekk dawn il-kontrolli effettivament twettqux mill-awtorità kompetenti.

    (ara l-punti 30-33 u d-dispożittiv 1)

  2.  Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 203(3) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ tneħħija tal-merkanzija mis-sorveljanza doganali, il-persuna li, bħala kunsinnatur awtorizzat, qiegħdet il-merkanzija fil-proċedura doganali ta’ tranżitu Komunitarju estern hija debitur skont din id-dispożizzjoni.

    Fil-fatt, jekk, fil-mument tat-tneħħija tal-merkanzija inkwistjoni mis-sorveljanza doganali, din tal-aħħar tkun diġà tqiegħdet fil-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern, huwa d-detentur ta’ din il-proċedura li, peress li huwa l-prinċipal obbligat fis-sens tal-Artikolu 96(1) tar-Regolament Nru 2913/92, għandu jeżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw mill-użu tal-imsemmija proċedura u li huwa responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 203(3) ta’ dan ir-regolament, jekk id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-ewwel tliet inċiżi ta’ dan il-paragrafu 3 ma japplikawx.

    Min-naħa l-oħra, jekk, fil-mument tal-imsemmija tneħħija, il-merkanzija tkun għadha ma tqegħditx fil-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern, iżda tkun għadha fil-ħażna temporanja, il-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali, jekk id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-ewwel tliet inċiżi tal-Artikolu 203(3) tar-Regolament Nru 2913/92 ma japplikawx, hija l-persuna li, peress li hija responsabbli li teżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw mill-ħażna temporanja, iżżomm din il-merkanzija, wara l-ħatt tagħha, sabiex tiżgura ċ-ċaqliq jew il-ħażna.

    (ara l-punti 35, 36, 38 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑75/13

SEK Zollagentur GmbH

vs

Hauptzollamt Gießen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Tneħħija illegali mis-sorveljanza doganali ta’ merkanzija suġġetta għal dazji doganali fuq l-importazzjoni — Tnissil tad-dejn doganali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

  1. Moviment liberu tal-merkanzija — Tranżitu — Tranżitu Komunitarju estern — Merkanzija f’ħażna temporanja — Merkanzija mhux Komunitarja — Kunċett ta’ tneħħija kontra l-liġi — Tbegħid temporanja tad-dokument ta’ tranżitu mill-merkanzija

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, Artikoli 50 u 203)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija — Tranżitu — Tranżitu Komunitarju estern — Merkanzija f’ħażna temporanja — Tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali — Debitur tad-dejn doganali skont l-Artikolu 203(3) tar-Regolament Nru 2913/92