Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0606

    Dresser Rand

    Kawżi magħquda C‑606/12 u C‑607/12

    Dresser-Rand SA

    vs

    Agenzia delle Entrate, Direzione Provinciale, Ufficio Controlli di Genova

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 17(2)(f) — Kundizzjoni li tikkonċerna l-ispedizzjoni mill-ġdid ta’ oġġett lejn l-Istat Membru minn fejn kien inizjalment mibgħut jew ittrasportat”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Kunsinni ta’ oġġetti – Trasferiment lejn Stat Membru ieħor – Esklużjoni ta’ trasferiment ikkostitwit mill-ispedizzjoni jew it-trasport ta’ oġġett bejn żewġ Stati Membri – Kundizzjoni – Spedizzjoni mill-ġdid neċessarja tal-oġġett lill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru tal-oriġini

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 17(2)(f))

    2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni manifestiment inapplikabbli fil-kawża prinċipali – Inapplikabbiltà tal-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fl-assenza ta’ spedizzjoni mill-ġdid fl-Istat Membru tal-oriġini

      (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 17(2)(f))

    1.  L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex l-ispedizzjoni jew it-trasport ta’ oġġett ma jiġux ikklassifikati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor, dan l-oġġett, wara li jkunu saru x-xogħlijiet fuqu fl-Istat Membru tal-wasla tal-ispedizzjoni jew tat-trasport tal-imsemmi oġġett, għandu neċessarjament jintbagħat mill-ġdid lill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru minn fejn kien inizjalment mibgħut jew ittrasportat.

      Fil-fatt, huwa biss meta t-trasferiment ta’ oġġett fi Stat Membru ieħor ma jsirx bil-prospett tal-konsum finali ta’ dan l-oġġett f’dan l-Istat Membru, iżda bil-prospett tat-twettiq ta’ operazzjoni ta’ trasformazzjoni tal-imsemmi oġġett segwita bl-ispedizzjoni mill-ġdid tiegħu lejn l-Istat Membru tal-oriġini, li dan it-trasferiment ma għandux jiġi kklassifikat bħala kunsinna intra-Komunitarja.

      Għalhekk, l-ispedizzjoni mill-ġdid tal-oġġett, lill-persuni taxxabbli, lejn l-Istat Membru li minnu dan l-oġġett ġie oriġinarjament mibgħut jew ittrasportat għandha titqies li hija kundizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2)(f) ta’ din id-Direttiva.

      (ara l-punti 30-32 u d-dispożittiv)

    2.  Ara t-test tad-deċiżżjoni.

      (ara l-punti 33-38)

    Top