EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0413

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑413/12

Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León

vs

Anuntis Segundamano España SL

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali — Assenza ta’ possibbiltà li tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Motivi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti – Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti ġurisdizzjoni territorjali sabiex titressaq tali azzjoni quddiem il-qorti tal-post tal-istabbiliment jew tad-domiċilju tal-konvenut – Assenza milli tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza – Ammissibbiltà – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività

(Direttiva tal-Kunsill 93/13)

Id-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li skont din, fil-qasam ta’ mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, minn naħa, azzjoni bħal din għandha titressaq quddiem il-qrati tal-post tal-istabbiliment jew tad-domiċilju tal-konvenut u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni territorjali mogħtija minn qorti tal-ewwel istanza ma hijiex suġġetta għal appell.

Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-mezzi proċedurali ta’ rimedju disponibbli għall-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi sabiex jinfurzaw it-twaqqif tal-użu tal-klawżoli inġusti kemm fl-interess tal-konsumaturi kif ukoll f’dak tal-bejjiegħa kompetituri, huwa l-ordinament ġuridika intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi tali regoli, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni madankollu li huma ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li dawn ma jagħmlux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività).

(ara l-punti 30, 53 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑413/12

Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León

vs

Anuntis Segundamano España SL

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali — Assenza ta’ possibbiltà li tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Motivi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti — Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti ġurisdizzjoni territorjali sabiex titressaq tali azzjoni quddiem il-qorti tal-post tal-istabbiliment jew tad-domiċilju tal-konvenut — Assenza milli tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza — Ammissibbiltà — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività