Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0576

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑576/12 P

    Ivan Jurašinović

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess — L-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) — Sigurtà pubblika — Relazzjonijiet internazzjonali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

    1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni sabiex tordna l-produzzjoni ta’ dokumenti sabiex tistħarreġ il-fondatezza tar-rifjut – Portata

      (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 64(3)(d), 65(b) u 67(3); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3))

    2. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Nuqqas ta’ klassifikazzjoni preliminari ta’ dokument bħala sensittiv – Effett fuq il-fakultà ta’ istituzzjoni li tirrifjuta l-aċċess għalih abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet – Assenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4 u 9)

    1.  Meta rikorrent jikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni li tirrifjutalu l-aċċess għal dokument skont waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, billi jsostni li l-eċċezzjoni invokata mill-istituzzjoni kkonċernata ma kinitx applikabbli għad-dokument mitlub, il-qorti tal-Unjoni għandha tordna l-produzzjoni ta’ dan id-dokument u teżaminah, fl-osservanza tal-protezzjoni ġuridika tal-imsemmi rikorrent. Fil-fatt, jekk ma tikkonsultax hija stess l-imsemmi dokument, il-Qorti tal-Unjoni ma tistax tkun f’pożizzjoni li tevalwa konkretament jekk l-aċċess għal dan id-dokument jistax validament jiġi rrifjutat mill-imsemmija istituzzjoni kkonċernata abbażi tal-eċċezzjoni invokata u, konsegwentement, li tevalwa l-legalità ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess għall-imsemmi dokument.

      Madankollu, ma jistax jiġi sostnut li, sabiex tiġi evalwata l-legalità tar-raġunijiet għar-rifjut ta’ aċċess għal dokument, invokati minn istituzzjoni abbażi ta’ eċċezzjoni li l-applikabbiltà tagħha ma hijiex ikkontestata, il-Qorti Ġenerali tkun obbligata tordna sistematikament il-produzzjoni tal-integralità tad-dokument li jkun mitlub l-aċċess tiegħu. Fil-fatt, huwa fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Qorti Ġenerali tgawdi minnu fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-provi li din tista’ tiddeċiedi jekk, f’każ konkret, ikunx neċessarju li dan id-dokument jiġi prodott quddiemha, u dan sabiex teżamina l-fondatezza tal-motivi li abbażi tagħhom istituzzjoni tkun irrifjutat l-aċċess għall-imsemmi dokument.

      (ara l-punti 27, 29, 30)

    2.  La mill-Artikolu 4 u lanqas mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ma jirriżulta li l-assenza ta’ klassifikazzjoni minn qabel ta’ dokument skont l-imsemmi Artikolu 9(1) tipprojbixxi lil istituzzjoni milli tirrifjuta l-aċċess abbażi tal-imsemmi Artikolu 4.

      Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament huwa intiż biss sabiex jipprovdi għal trattament partikolari, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-persuni responsabbli sabiex jipproċessaw it-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, għad-dokumenti kklassifikati bħala sensittivi u kklassifikati bħala très secret/top secret, secret jew confidentiel skont ir-regoli fis-seħħ fi ħdan l-istituzzjoni kkonċernata li tipproteġi l-interessi fundamentali tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma ddefiniti fl-Artikolu 4(1)(a) tal-imsemmi regolament. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament jawtorizza lill-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument sabiex jiġi evitat li l-iżvelar ta’ dan tal-aħħar jippreġudika wieħed mill-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni, fejn ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku u fejn l-istituzzjoni kkonċernata għandha tispjega kif l-iżvelar ta’ dan id-dokument jista’ speċifikament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn tali eċċezzjoni.

      F’dan il-kuntest, il-fatt li istituzzjoni tqis li dokument huwa sensittiv fis-sens tal-imsemmi Artikolu 9 ma jistax, waħdu, jiġġustifika l-applikazzjoni għal dan id-dokument ta’ eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001. Bl-istess mod, u inversament, is-sempliċi fatt li dokument ma jkunx ikklassifikat bħala sensittiv fis-sens tal-imsemmi Artikolu 9 ma jistax jeskludi l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) ta’ dan mingħajr ma din l-aħħar dispożizzjoni ma titlef l-effettività tagħha.

      (ara l-punti 41, 43-47)

    Top

    Kawża C‑576/12 P

    Ivan Jurašinović

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess — L-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) — Sigurtà pubblika — Relazzjonijiet internazzjonali”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

    1. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Rifjut ta’ aċċess — Kompetenza tal-qorti tal-Unjoni sabiex tordna l-produzzjoni ta’ dokumenti sabiex tistħarreġ il-fondatezza tar-rifjut — Portata

      (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 64(3)(d), 65(b) u 67(3); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3))

    2. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Nuqqas ta’ klassifikazzjoni preliminari ta’ dokument bħala sensittiv — Effett fuq il-fakultà ta’ istituzzjoni li tirrifjuta l-aċċess għalih abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet — Assenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata