Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0221

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑221/12

Belgacom NV

vs

Interkommunale voor Teledistributie van het Gewest Antwerpen (INTEGAN) et

[talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Raad van State (il-Belġju)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu provduti servizzi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni — Obbligu ta’ trasparenza — Kamp ta’ applikazzjoni — Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u impriża tal-imsemmi Stat Membru — Trasferiment, minn dawn l-entitajiet, tal-attività tagħhom tal-provvista tas-servizzi televiżivi kif ukoll, għal żmien determinat, tad-dritt esklużiv ta’ użu tan-netwerks tal-kejbils tagħhom lil entità tal-imsemmi Stat Membru — Possibbiltà għal operatur ekonomiku tal-istess Stat Membru li jinvoka l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru — Assenza ta’ sejħa għal offerti — Ġustifikazzjoni — Eżistenza ta’ ftehim preċedenti — Tranżazzjoni intiża li ttemm kawża dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim — Riskju ta’ żvalutar tal-attività ttrasferita”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Konċessjoni ta’ servizzi – Kunċett – Ftehim li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħti lil operatur ekonomiku d-dritt esklużiv li jopera netwerks tal-kejbils ta’ assoċjazzjonijiet interkomunali – Inklużjoni – Ftehim li jobbliga l-operatur ekonomiku sabiex jeżerċita l-attività assenjata u li jippermettilu li joperaha – Trasferiment lill-operatur ekonomiku tar-riskju ta’ operazzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(4))

  2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Għoti dirett ta’ konċessjoni dwar il-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħtu d-dritt esklużiv ta’ operazzjoni ta’ netwerks tal-kejbils – Obbligu ta’ awtoritajiet pubbliċi li josservaw ir-regoli fundamentali tat-Trattat FUE meta jkun hemm interess transkonfinali ċert – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  3. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Konċessjoni ta’ servizzi li għandha interess transkonfinali ċert – Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru u li tagħti d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika – Ksur tal-obbligu ta’ trasparenza – Operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru jista’ jressaq talba quddiem il-qrati ta’ dan tal-aħħar – Ammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  4. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Konċessjoni ta’ servizzi li għandhom interess transkonfinali ċert – Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru u li tagħti d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika – Għoti dirett ta’ konċessjoni dwar il-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħtu d-dritt esklużiv ta’ operazzjoni ta’ netwerks tal-kejbils – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjonijiet – Raġunijiet ta’ natura ekonomika – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Inammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 26, 27)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28-30)

  3.  L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li operatur ekonomiku ta’ Stat Membru jista’ jinvoka quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ksur tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minn dawn l-artikoli li allegatament ġie imwettaq fl-okkażjoni tal-konklużjoni ta’ ftehim li permezz tiegħu waħda jew diversi entitajiet pubbliċi tal-imsemmi Stat Membru taw lil operatur ekonomiku tal-istess Stat Membru konċessjoni ta’ servizzi li għandha interess transkonfinali ċert, jew taw lil operatur ekonomiku d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika li għandha tali interess.

    F’dan l-aħħar każ, id-dritt tal-Unjoni jimponi l-istess rekwiżiti fuq l-awtorità trasferenti għalkemm il-ftehim ma jobbligax lill-konċessjonarju sabiex jeżerċita l-attività trasferita, b’tali mod li dan il-ftehim ikun jimplika għaldaqstant, awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika. Fil-fatt, din l-awtorizzazzjoni ma tiddistingwixxix ruħha minn konċessjoni ta’ servizzi f’dak li jikkonċerna l-obbligu tal-osservanza tar-regoli fundamentali tat-trattat u tal-prinċipji li jirriżultaw minnu waqt l-eżerċizzju ta’ din l-attività għandha potenzjalment tinteressa operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

    (ara l-punti 33, 34 u d-dispożittiv 1)

  4.  L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rieda li ma jiġux miksura ċerti drittijiet li, permezz ta’ ftehim li kien jeżisti preċedentement, entitajiet pubbliċi taw lil operatur ekonomiku għall-użu ta’ netwerks bil-kejbil tagħhom, ma tistax tiġġustifika li dan il-ftehim jingħata estensjoni kontra d-dritt tal-Unjoni fil-forma ta’ għotja diretta ta’ konċessjoni ta’ servizzi jew ta’ dritt esklużiv li tiġi eżerċitata attività li għandha interess transkonfinali ċert, sabiex ittemm il-kawża li qamet bejn il-partijiet ikkonċernati, għal raġunijiet totalment indipendenti mir-rieda tagħhom, inkwantu għall-portata tal-ftehim. Barra dan, raġunijiet ta’ natura ekonomika, bħar-rieda li jiġi evitat tnaqqis fil-valur ta’ attività ekonomika, ma humiex raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jiġġustifikaw l-għoti dirett ta’ konċessjoni ta’ servizzi fir-rigward ta’ din l-attività jew ta’ dritt esklużiv tal-eżerċizzju tal-imsemmija attività u li għandha interess transkonfinali ċert, b’deroga mill-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti mill-imsemmija artikoli.

    Barra minn hekk, il-fatt li l-konklużjoni ta’ ftehim kontenzjuż tikkoinċidi mal-interess tal-konsumaturi, li, fin-nuqqas, ma jistgħux jibbenefikaw mit-televiżjoni interattiva, ma tiddistingwixxix ruħha verament mir-raġuni ta’ tnaqqis fil-valur tal-imsemmija attività, iżda hija, kuntrarjament, intimament marbuta magħha. Għaldaqstant, kunsiderazzjonijiet li, meta meħudin waħedhom, ma jikkostitwixxux raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ma jistgħux jakkwistaw din il-kwalità sempliċement mis-sempliċi fatt taż-żieda tagħhom.

    Barra dan, jekk il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, huwa tali li jiġġustifika li l-effetti legali ta’ ftehim jiġu osservati inkluż, sa fejn dan il-prinċipju jistabbilixxi, f’każ ta’ ftehim konkluż qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet fuq l-implikazzjonijiet tad-dritt primarju fir-rigward tal-ftehim ta’ dan it-tip u li, a posteriori, jintwera li jkun kuntrarju għal uħud minn dawn l-implikazzjonijiet, l-imsemmi prinċipju ma jistax jiġi invokat sabiex jagħti lil ftehim estensjoni li tmur kontra prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu.

    (ara l-punti 40, 42-44 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑221/12

Belgacom NV

vs

Interkommunale voor Teledistributie van het Gewest Antwerpen (INTEGAN) et

[talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Raad van State (il-Belġju)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu provduti servizzi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni — Obbligu ta’ trasparenza — Kamp ta’ applikazzjoni — Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u impriża tal-imsemmi Stat Membru — Trasferiment, minn dawn l-entitajiet, tal-attività tagħhom tal-provvista tas-servizzi televiżivi kif ukoll, għal żmien determinat, tad-dritt esklużiv ta’ użu tan-netwerks tal-kejbils tagħhom lil entità tal-imsemmi Stat Membru — Possibbiltà għal operatur ekonomiku tal-istess Stat Membru li jinvoka l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru — Assenza ta’ sejħa għal offerti — Ġustifikazzjoni — Eżistenza ta’ ftehim preċedenti — Tranżazzjoni intiża li ttemm kawża dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim — Riskju ta’ żvalutar tal-attività ttrasferita”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Konċessjoni ta’ servizzi — Kunċett — Ftehim li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħti lil operatur ekonomiku d-dritt esklużiv li jopera netwerks tal-kejbils ta’ assoċjazzjonijiet interkomunali — Inklużjoni — Ftehim li jobbliga l-operatur ekonomiku sabiex jeżerċita l-attività assenjata u li jippermettilu li joperaha — Trasferiment lill-operatur ekonomiku tar-riskju ta’ operazzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(4))

  2. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Għoti dirett ta’ konċessjoni dwar il-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħtu d-dritt esklużiv ta’ operazzjoni ta’ netwerks tal-kejbils — Obbligu ta’ awtoritajiet pubbliċi li josservaw ir-regoli fundamentali tat-Trattat FUE meta jkun hemm interess transkonfinali ċert — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  3. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Konċessjoni ta’ servizzi li għandha interess transkonfinali ċert — Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru u li tagħti d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika — Ksur tal-obbligu ta’ trasparenza — Operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru jista’ jressaq talba quddiem il-qrati ta’ dan tal-aħħar — Ammissibbiltà

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  4. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Konċessjoni ta’ servizzi li għandhom interess transkonfinali ċert — Ftehim milħuq bejn entitajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u operatur ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru u li tagħti d-dritt esklużiv li jeżerċita attività ekonomika — Għoti dirett ta’ konċessjoni dwar il-provvista ta’ servizzi televiżivi li jagħtu d-dritt esklużiv ta’ operazzjoni ta’ netwerks tal-kejbils — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjonijiet — Raġunijiet ta’ natura ekonomika — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Inammissibbiltà