Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0597

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑597/12 P

    Isdin SA

    vs

    Bial‑Portela & Ca SA

    “Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013

    1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

    2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

    3. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    4. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1) u 73)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 17, 18)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 19, 20)

    3.  L-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi, impost fuq il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ma jeħtieġx li din tagħti espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed ir-raġunamenti kollha mfissra mill-partijiet fil-kawża. Il-motivazzjoni tista’ għaldaqstant tkun impliċita, bil-kundizzjoni li hija tippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet fuqhom tibbaża ruħha l-Qorti Ġenerali u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha fil-kuntest ta’ appell.

      (ara l-punt 21)

    4. L-eżami tar-raġunijiet għal rifjut għandu jirrigwarda kull wieħed mill-prodotti jew servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark. Meta tingħata l-istess raġuni għal rifjut għal kategorija jew grupp ta’ prodotti jew ta’ servizzi, il-motivazzjoni tista’ madankollu tkun globali għall-prodotti jew servizzi kkonċernati kollha. Madankollu, tali possibbiltà testendi biss għall-prodotti jew għas-servizzi li jkollhom bejniethom rabta diretta u konkreta suffiċjenti, sal-punt li jifformaw kategorija jew grupp ta’ prodotti jew servizzi omoġenji biżżejjed. Is-sempliċi fatt li l-prodotti jew is-servizzi kkonċernati jaqgħu fl-istess klassi skont il-Ftehim ta’ Nice ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li teżisti tali omoġenità, peress li dawn il-klassijiet ta’ spiss ikollhom varjetà kbira ta’ prodotti jew ta’ servizzi li mhux neċessarjament ikollhom rabta diretta u konkreta suffiċjenti bejniethom. Meta l-Qorti Ġenerali stess tkun għamlet distinzjoni bejn il-prodotti fl-istess klassi tal-Ftehim ta’ Nice, skont il-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, hija jkollha l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta’ kull wieħed mill-gruppi ta’ prodotti li ħolqot fi ħdan din il-klassi.

      (ara l-punti 25‑28)

    Top

    Kawża C‑597/12 P

    Isdin SA

    vs

    Bial‑Portela & Ca SA

    “Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013

    1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

    2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

    3. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    4. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata