Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0660

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawżi magħquda C‑660/11 u C‑8/12

    Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno u Questura di Livorno (C‑660/11) u Cristian Rainone et

    vs

    Ministero dell’Interno et (C‑8/12)

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Toscana)

    “Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 43 KE u 49 KE — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013

    1. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess – Ġustifikazzjoni ta’ interess ġenerali – Ġlieda kontra l-kriminalità – Verifika mill-qrati nazzjonali

      (Artikoli 45 KE, 46 KE u 55 KE)

    2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess – Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja – Ammissibbiltà

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    3. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess – Rifjut ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Għoti ta’ liċenzji ġodda sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata – Obbligu għall-operaturi li josservaw id-distanzi minimi bejn il-postijiet – Inammissibbiltà

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    4. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess – Kundizzjonijiet għad-dekadenza ta’ liċenzji mogħtija wara t-tmiem ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ formulazzjoni ċara, preċiża u inekwivoka ta’ dawn il-kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali – Verifika mill-qorti nazzjonali

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    5. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess – Leġiżlazzjoni nazzjonali li de facto tipprekludi kull attività transkonfinali – Inammissibbiltà – Konċessjonarju stabbilit f’Stat Membru li jikkummerċjalizzaw logħob permezz ta’ siti telematiċi li jinsabu barra mit-territorju ta’ dan l-Istat – Verifika mill-qorti nazzjonali

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    6. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji maħruġa mill-Istati Membri fil-qasam tal-logħob tal-ażżard – Assenza

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 21-25)

    2.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jiġu eżerċitati tali attivitajiet, u li tillimita l-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li jkollhom diġà din il-liċenzja.

      Fil-fatt, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija li permezz tagħha l-operaturi attivi f’dan is-settur kif ukoll il-postijiet tagħhom ikunu suġġetti għal verifika inizjali u għal sorveljanza kontinwa jikkontribwixxi b’mod ċar għall-għan li jiġi evitat li dawn l-operaturi jkunu implikati f’attivitajiet kriminali jew frawdolenti. Barra minn hekk, il-fatt li operatur għandu jkollu kontemporanjament kemm liċenzja kif ukoll awtorizzazzjoni tal-pulizija sabiex ikun jista’ jidħol fis-suq inkwistjoni ma huwiex, fih innifsu, sproporzjonat fid-dawl tal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-logħob tal-ażżard.

      (ara l-punti 26 u 27, u d-dispożittiv 1)

    3.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti.

      (ara l-punti 32 u 38, u d-dispożittiv 2)

    4.  Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti dwar logħob tal-ażżard, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

      (ara l-punti 33 u 38, u d-dispożittiv 2)

    5.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddikjara d-dekadenza ta’ liċenzja għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ mħatri meta d-detentur ta’ liċenzja jikkummerċjalizza, direttament jew indirettament, fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew permezz ta’ siti telematiċi li jinsabu barra mit-territorju nazzjonali, logħob li jista’ jitqies li huwa simili għal logħob pubbliku jew għal logħob ieħor ġestit mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew logħob ipprojbit mill-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat Membru.

      (ara l-punti 37 u 38, u d-dispożittiv 2)

    6.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il-possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess.

      Fil-fatt, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa li għandhom l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-għanijiet li jixtiequ jiksbu u l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jixtiequ u fid-dawl tal-assenza ta’ kull armonizzazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, ma jistax ikun hemm, fid-dawl tal-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mid-diversi Stati Membri. Id-diversi Stati Membri ma għandhomx neċessarjament l-istess mezzi sabiex jikkontrollaw il-logħob tal-ażżard u ma jagħmlux neċessarjament l-istess għażliet f’dan ir-rigward. Il-fatt li livell partikolari ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jista’ jinkiseb fi Stat Membru partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki sofistikati ta’ kontroll u ta’ sorveljanza ma jippermettix li jiġi konkluż li l-istess livell ta’ protezzjoni jista’ jinkiseb fi Stati Membri oħra li ma għandhomx dawn il-mezzi jew li ma għamlux l-istess għażliet. Stat Membru jista’, barra minn hekk, ikun leġittimament jixtieq li jissorvelja attività ekonomika li sseħħ fit-territorju tiegħu, liema ħaġa tkun impossibbli għalih jekk ikollu jibbaża ruħu fuq kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ sistemi regolatorji li ma jikkontrollax huwa nnifsu.

      (ara l-punti 40-43 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawżi magħquda C‑660/11 u C‑8/12

    Daniele Biasci et vs Ministero dell’Interno u Questura di Livorno (C‑660/11) u Cristian Rainone et

    vs

    Ministero dell’Interno et (C‑8/12)

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Toscana)

    “Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 43 KE u 49 KE — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013

    1. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess — Ġustifikazzjoni ta’ interess ġenerali — Ġlieda kontra l-kriminalità — Verifika mill-qrati nazzjonali

      (Artikoli 45 KE, 46 KE u 55 KE)

    2. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja — Ammissibbiltà

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    3. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess — Rifjut ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Għoti ta’ liċenzji ġodda sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata — Obbligu għall-operaturi li josservaw id-distanzi minimi bejn il-postijiet — Inammissibbiltà

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    4. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess — Kundizzjonijiet għad-dekadenza ta’ liċenzji mogħtija wara t-tmiem ta’ sejħa għal offerti — Obbligu ta’ formulazzjoni ċara, preċiża u inekwivoka ta’ dawn il-kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali — Verifika mill-qorti nazzjonali

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    5. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ permess — Leġiżlazzjoni nazzjonali li de facto tipprekludi kull attività transkonfinali — Inammissibbiltà — Konċessjonarju stabbilit f’Stat Membru li jikkummerċjalizzaw logħob permezz ta’ siti telematiċi li jinsabu barra mit-territorju ta’ dan l-Istat — Verifika mill-qorti nazzjonali

      (Artikoli 43 KE u 49 KE)

    6. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji maħruġa mill-Istati Membri fil-qasam tal-logħob tal-ażżard — Assenza