EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0358

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-358/11

Lapin elinkeino-, liikenne- ja ympäristökeskuksen liikenne ja infrastruktuuri -vastuualue

vs

Lapin luonnonsuojelupiiri ry

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus)

“Ambjent — Skart — Skart perikoluż — Direttiva 2008/98/KE — Arbli qodma tat-telekomunikazzjonijiet ittrattati b’soluzzjonijiet RKA (ram-kromju-arseniku) — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Inventarju tal-użi tal-injam ittrattat li jinsab fl-Anness XVII tar-Regolament REACH — Arbli qodma tat-telekomunikazzjonijiet użati bħala strutturi tal-pontijiet”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Għanijiet

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 1(1))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Anness XVII – Restrizzjoni applikabbi għas-sustanza bħal dik li tikkonċerna l-komposti tal-arseniku – Manifattura, tqegħid fis-suq u użu tal-imsemmija sustanza – Armonizzazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni tar-rekwiżiti relatati magħhom

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Artikoli 67, 128 u Anness XVII)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Anness XVII – Lista li telenka l-applikazzjonijiet li għalihom jista’, b’mod eċċezzjonali, jintuża injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” – Natura eżawrjenti tal-imsemmija lista – Inklużjoni fost l-imsemmija applikazzjonijiet tal-użu tal-arbli tat-telekomunikazzjonijiet sabiex iservu għall-appoġġ ta’ pontijiet – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Anness XVII, punt 19(4)(b))

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Anness XVII – Projbizzjoni ta’ użu tal-injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” fl-applikazzjonijiet kollha li jinvolvu riskju ta’ kuntatt ripetut mal-ġilda – Probabbiltà ta’ sitwazzjoni ta’ kuntatt ripetut tal-ġilda mal-injam ittrattat dedotta mill-kundizzjonijiet konkreti ta’ użu normali – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Anness XVII, punt 19(4)(d))

  5. Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98 – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 3, punt 1)

  6. Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98 – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rilevanza tal-Anness XVII tar-Regolament REACH

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Anness XVII; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 3, punt 1)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 31, 48, 62)

  2.  L-Artikoli 67 u 128 tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 552/2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt tal-Unjoni jarmonizza r-rekwiżiti dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza bħal dik li tikkonċerna l-komposti tal-arseniku, li hija s-suġġett ta’ restrizzjoni skont l-Anness XVII ta’ dan ir-regolament.

    Il-moviment liberu fis-suq intern huwa ggarantit bil-fatt li, skont l-Artikolu 128(1) tar-Regolament REACH, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li ma jipprojbixxux, ma jirrestrinġux u ma jostakolawx il-manifattura, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza, waħidha, fi preparat jew f’artikolu, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, li tikkonforma ma’ dan l-istess regolament u, fejn ikun il-każ, mal-atti Komunitarji adottati fl-implementazzjoni tiegħu Madankollu, skont il-paragrafu 2, tal-istess Artikolu 128, l-ebda dispożizzjoni tar-Regolament REACH ma tipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu regoli nazzjonali intiżi sabiex jipproteġu l-ħaddiema, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u li japplikaw fil-każijiet fejn dan ir-regolament ma jarmonizzax ir-rekwiżiti fil-qasam tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq jew tal-użu.

    Il-leġiżlatur tal-Unjoni ried għaldaqstant jarmonizza dawn ir-rekwiżiti f’ċerti każijiet fosthom dak imsemmi fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament REACH. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, sustanza, waħidha, f’taħlita jew f’oġġett li hija s-suġġett ta’ restrizzjoni skont l-Anness XVII ma għandhiex tiġi manifatturata, mqiegħda fis-suq jew użata jekk hija ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti mill-imsemmija restrizzjoni.

    Minn dan jirriżulta li l-manifattura, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza msemmija fl-Artikolu 67(1), tar-Regolament REACH ma jistgħux jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet oħra għajr dawk stabbiliti permezz ta’ dan ir-regolament u li jissodisfaw, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 68(1) u 69 tal-istess regolament, il-bżonn ta’ azzjoni fuq il-livell Komunitarju.

    (ara l-punti 32-35, 38 u d-dispożittiv 3)

  3.  Il-punt 19(4)(b) tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament Nru 552/2009, li jelenka l-applikazzjonijiet li għalihom jista’, b’mod eċċezzjonali, jintuża injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” (ram-kromju-arseniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-lista li tinsab f’din id-dispożizzjoni hija ta’ natura eżawrjenti u li din id-deroga ma tistax, għalhekk, tiġi applikata għal każijiet oħra għajr dawk imsemmija fiha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk l-użu tal-arbli tat-telekomunikazzjonijiet inkwistjoni għall- appoġġ ta’ pontijiet jagħmilx fil-fatt parti mill-applikazzjonijiet elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni.

    (ara l-punt 45 u d-dispożittiv 4)

  4.  Id-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż tal-punt 19(4)(d) tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 552/2009, li jipprovdu li l-injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” (ram-kromju-arseniku) ma għandux jintuża fl-applikazzjonijiet kollha li jinvolvu riskju ta’ kuntatt ripetut mal-ġilda, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni inkwistjoni għandha tapplika f’kull sitwazzjoni li, probabbilment, timplika kuntatt ripetut tal-ġilda mal-injam ittrattat, u din il-probabbiltà għandha tiġi dedotta mill-kundizzjonijiet konkreti ta’ użu normali tal-applikazzjoni li għaliha ntuża dan l-injam, evalwazzjoni li għandha ssir mill-qorti tar-rinviju.

    (ara l-punt 52 u d-dispożittiv 5)

  5.  Id-dritt tal-Unjoni ma jeskludix bi prinċipju li skart meqjus bħala perikoluż jista’ ma jibqax skart fis-sens tad-Direttiva 2008/98, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, jekk operazzjoni ta’ rkupru tippermetti li huwa jkun jista’ jerġa’ jintuża mingħajr ma titqiegħed fil-perikolu s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent u jekk, minbarra dan, ma jiġix ikkonstatat li l-proprjetarju tal-oġġett inkwistjoni jarmih jew għandu l-intenzjoni jew l-obbligu li jarmih fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tal-istess direttiva, u dan għandu jiġi eżaminat mill-qorti tar-rinviju.

    (ara l-punt 60 u d-dispożittiv 1)

  6.  Ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 552/2009, b’mod partikolari l-Anness XVII tiegħu, sa fejn jawtorizza l-użu taħt ċerti kundizzjonijiet tal-injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” (ram-kromju-arseniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa, rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk tali injam jista’ ma jibqax skart għaliex il-proprjetarju tiegħu ma jkollux, jekk jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, l-obbligu li jarmih fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3, tad-Direttiva 2008/98, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.

    (ara l-punt 64 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C-358/11

Lapin elinkeino-, liikenne- ja ympäristökeskuksen liikenne ja infrastruktuuri -vastuualue

vs

Lapin luonnonsuojelupiiri ry

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus)

“Ambjent — Skart — Skart perikoluż — Direttiva 2008/98/KE — Arbli qodma tat-telekomunikazzjonijiet ittrattati b’soluzzjonijiet RKA (ram-kromju-arseniku) — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Inventarju tal-użi tal-injam ittrattat li jinsab fl-Anness XVII tar-Regolament REACH — Arbli qodma tat-telekomunikazzjonijiet użati bħala strutturi tal-pontijiet”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Għanijiet

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 1(1))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Anness XVII — Restrizzjoni applikabbi għas-sustanza bħal dik li tikkonċerna l-komposti tal-arseniku — Manifattura, tqegħid fis-suq u użu tal-imsemmija sustanza — Armonizzazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni tar-rekwiżiti relatati magħhom

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Artikoli 67, 128 u Anness XVII)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Anness XVII — Lista li telenka l-applikazzjonijiet li għalihom jista’, b’mod eċċezzjonali, jintuża injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” — Natura eżawrjenti tal-imsemmija lista — Inklużjoni fost l-imsemmija applikazzjonijiet tal-użu tal-arbli tat-telekomunikazzjonijiet sabiex iservu għall-appoġġ ta’ pontijiet — Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Anness XVII, punt 19(4)(b))

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Anness XVII — Projbizzjoni ta’ użu tal-injam ittrattat b’soluzzjoni msejħa “RKA” fl-applikazzjonijiet kollha li jinvolvu riskju ta’ kuntatt ripetut mal-ġilda — Probabbiltà ta’ sitwazzjoni ta’ kuntatt ripetut tal-ġilda mal-injam ittrattat dedotta mill-kundizzjonijiet konkreti ta’ użu normali — Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 552/2009, Anness XVII, punt 19(4)(d))

  5. Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 3, punt 1)

  6. Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rilevanza tal-Anness XVII tar-Regolament REACH