EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0001

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Impriża — Kunċett — Accountants — Inklużjoni

(Artikoli 101, 102 TFUE u 106 TFUE)

2. Akkordji — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — Kunċett — Regolament dwar skema ta’ taħriġ obbligatorja tal-accountants adottat mill-ordni tal-accountants ta’ Stat Membru — Inklużjoni

(Artikolu 101 TFUE)

3. Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE)

4. Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi — Regolament dwar skema ta’ taħriġ obbligatorja tal-accountants adottat mill-ordni tal-accountants ta’ Stat Membru — Evalwazzjoni tal-effetti antikompetittivi mill-qorti nazzjonali — Eliminazzjoni tal-kompetizzjoni minn parti sostanzjali tas-suq favur l-imsemmi ordni u implementazzjoni, fil-parti l-oħra tas-suq, ta’ kundizzjonijiet diskriminatorji għad-detriment tal-kompetituri — Ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni  — Ġustifikazzjoni mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-kwalità tas-servizzi offruti mill-accountants — Assenza

(Artikolu 101(1) u (3) TFUE u 106(2) TFUE)

Summary

1. Accountants li joffru, bi ħlas, servizzi kontabbli li b’mod partikolari jikkonsistu fl-ippjanar, fl-organizzazzjoni u fil-koordinazzjoni tal-kontabbiltà tal-entitajiet, fl-iffirmar tal-istati finanzjarji tagħhom u tad-dikjarazzjonijiet fiskali tagħhom, fil-konsultazzjoni fl-oqsma tal-kontabbiltà, tal-fiskalità u tas-sigurtà soċjali, kif ukoll fir-rappreżentazzjoni għal persuni taxxabbli li fir-rigward tagħhom huma responsabbli mill-kontabbiltà tagħhom, fl-istadju amministrattiv tal-proċedura fiskali u li jassumu, bħala membri ta’ professjoni liberali, riskji finanzjarji marbuta mal-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet, għaliex, f’każ ta’ żbilanċ bejn l-ispejjeż u d-dħul, l-accountant huwa msejjaħ isostni huwa stess id-defiċit ikkonstatat, jeżerċitaw attività ekonomika u, għaldaqstant, huma kkunsidrati impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, mingħajr man-natura kumplessa u teknika tas-servizzi li huma joffru u l-fatt li l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom huwa regolat, ibiddel din il-konklużjoni.

(ara l-punti 37, 38)

2. Regolament bħar-Regolament dwar il-Kisba ta’ Krediti ta’ Taħriġ (Regulamento da Formação de Créditos), adottat minn ordni professjonali bħall-Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas (ordni ta’ accountants, iktar ’il quddiem, OTOC), għandu jitqies bħala deċiżjoni meħuda minn assoċjazzjoni ta’ impriżi, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

Fil-fatt, fl-ewwel lok, tali regolament ma jistax jitqies bħala li ma jidħolx fl-isfera tal-iskambji ekonomiċi, peress li l-OTOC joffri huwa stess azzjonijiet ta’ taħriġ intiżi għall-accountants u li l-aċċess għall-fornituri oħra li jixtiequ jipprovdu tali taħriġ huwa suġġett għal regoli li jinsabu fir-regolament kontenzjuż. Barra minn hekk, l-obbligu għall-accountant li jsegwi taħriġ skont il-modalitajiet stabbiliti minn dan ir-regolament huwa strettament marbut mal-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu peress li l-ksur ta’ dan l-obbligu jista’ għalhekk iwassal għal sanzjonijiet dixxiplinari, bħas-sospensjoni għal perijodu massimu ta’ tliet snin jew it-tneħħija minn dan l-ordni professjonali. Anki jekk jiġi preżunt li l-imsemmi regolament ma għandux influwenza diretta fuq l-attività ekonomika tal-accountants stess dan il-fatt waħdu ma huwiex ta’ natura li jneħħi deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE. Fil-fatt, tali deċiżjoni tista’ tkun ta’ natura li tipprevjeni, tirrestrinġi jew toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, mhux biss fis-suq li fih membri ta’ ordni professjonali jeżerċitaw l-attività tagħhom, iżda wkoll f’suq ieħor li fih dan l-ordni professjonali jeżerċita huwa stess attività ekonomika.

It-tieni nett, meta jiġi adottat regolament dwar il-kisba ta’ krediti ta’ taħriġ, ordni professjonali bħall-OTOC ma jeżerċitax setgħat tipiċi ta’ setgħa pubblika, iżda pjuttost jidher bħala korp ta’ regolazzjoni ta’ professjoni li l-eżerċizzju tiegħu jikkonsisti, b’mod partikolari, f’attività ekonomika.

Fil-fatt, minn naħa, il-qafas legali li fih jiġu konklużi akkordji bejn impriżi u jittieħdu deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet tal-impriżi kif ukoll il-mod kif id-diversi ordinamenti ġuridiċi nazzjonali jikklassifikaw lil dan il-qafas legali huma irrilevanti għall-applikabbiltà tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u, b’mod partikolari tal-Artikolu 101 TFUE. Min-naħa l-oħra, b’mod partikolari, l-Istatut tal-OTOC ma jagħtix lil dan tal-aħħar id-dritt esklużiv li jipprovdi l-azzjonijiet ta’ taħriġ intiżi għall-accountants u ma jistabbilixxix il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-korpi ta’ taħriġ fis-suq tat-taħriġ obbligatorju tal-accountants.

Fl-aħħar nett, il-fatt li l-OTOC ma għandux skop ta’ lukru ma huwiex ta’ ostakolu sabiex l-entità li twettaq tranżazzjonijiet fis-suq titqies bħala impriża, ladarba l-offerta ta’ servizzi korrispondenti tikkompeti ma’ dik ta’ operaturi oħra li għandhom skop ta’ lukru.

(ara l-punti 41-46, 48, 51, 52, 56, 57, 59, u d-dispożittiv 1)

3. Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

4. Regolament li jimplementa sistema ta’ taħriġ obbligatorju għall-accountants sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tas-servizzi offruti minn dawn tal-aħħar, bħar-regolament dwar il-kisba ta’ krediti ta’ taħriġ, adottat minn ordni professjonali bħall-Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas (ordni ta’ accountants, iktar ’il quddiem, OTOC), jikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE, sa fejn jelimina, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-kompetizzjoni fuq parti sostanzjali tas-suq rilevanti, favur dan l-ordni professjonali, u li jimponi, fuq il-parti l-oħra f’dan is-suq, kundizzjonijiet diskriminatorji għad-detriment tal-kompetituri tal-imsemmi ordni professjonali.

Barra minn hekk, mhux kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li tista’ tirrestrinġi l-libertà ta’ azzjoni tal-partijiet neċessarjament taqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fil-fatt, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal każ partikolari, għandu jittieħed kont tal-kuntest globali li fih id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi inkwistjoni ttieħdet jew tiżviluppa l-effetti tagħha, u iktar partikolarment tal-għanijiet tagħha. F’dan ir-rigward, ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni imposti mill-OTOC jidhru li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizzi offruti mill-accountants.

Fl-aħħar nett, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, minn naħa, tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 101(3) TFUE u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 106(2) TFUE ma ġewx issodisfatti.

(ara l-punti 68-73, 93, 97-108 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C-1/12

Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas

vs

Autoridade da Concorrência

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa)

“Ordni ta’ accountants — Regolament dwar is-sistema ta’ taħriġ obbligatorju tal-accountants — Artikolu 101 TFUE — Assoċjazzjoni ta’ impriżi — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Ġustifikazzjonijiet — Artikolu 106(2) TFUE”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2013

  1. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Impriża – Kunċett – Accountants – Inklużjoni

    (Artikoli 101, 102 TFUE u 106 TFUE)

  2. Akkordji – Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi – Kunċett – Regolament dwar skema ta’ taħriġ obbligatorja tal-accountants adottat mill-ordni tal-accountants ta’ Stat Membru – Inklużjoni

    (Artikolu 101 TFUE)

  3. Akkordji – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 101 TFUE)

  4. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi – Regolament dwar skema ta’ taħriġ obbligatorja tal-accountants adottat mill-ordni tal-accountants ta’ Stat Membru – Evalwazzjoni tal-effetti antikompetittivi mill-qorti nazzjonali – Eliminazzjoni tal-kompetizzjoni minn parti sostanzjali tas-suq favur l-imsemmi ordni u implementazzjoni, fil-parti l-oħra tas-suq, ta’ kundizzjonijiet diskriminatorji għad-detriment tal-kompetituri – Ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Ġustifikazzjoni mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-kwalità tas-servizzi offruti mill-accountants – Assenza