This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0325
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-325/11
Krystyna Alder u Ewald Alder
vs
Sabina Orlowska u Czeslaw Orlowski
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis- Sąd Rejonowy w Koszalinie)
“Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Notifika tal-atti — Parti ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Rappreżentant iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali — Assenza — Atti proċedurali inklużi fil-fajl — Preżunzjoni ta’ għarfien”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament (KE) Nru 1393/2007 – Kamp ta’ applikazzjoni – Determinazzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament (KE) Nru 1393/2007 – Notifika tal-atti ġudizzjarji lil parti li għandha r-residenza jew il-post ta’ soġġorn abitwali fi Stat Membru ieħor u li ma ħatritx rappreżentant fl-Istat tat-tilwima – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-notifika permezz tal-inklużjoni tal-imsemmija atti fil-proċess – Inammissibbiltà
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47, paragrafu 2; Regolament tal-Kunsill, Nru 1393/2007)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 19-27)
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1393/2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, u li jħassar ir-Regolament Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-atti ġudizzjarji intiżi għal parti li r-residenza tagħha jew il-post ta’ soġġorn abitwali tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor jiġu inklużi fil-proċess, billi jitqiesu li ġew innotifikati, meta l-imsemmija parti ma tkunx ħatret rappreżentant awtorizzat li jirċievi n-notifiki u li jirrisjedi fl-ewwel Stat, li fih tiżvolġi l-proċedura ġudizzjarja.
Peress li r-Regolament Nru 1393/2007 jipprovdi l-mezzi ta’ trażmissjoni tal-atti ġudizzjarji b’mod eżawrjenti, dan ma jirriżerva ebda post u għaldaqstant jipprekludi proċedura ta’ notifika fittizja bħal dik fis-seħħ fil-Polonja.
Barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu ta’ notifika fittizja jċaħħad minn kull effettività d-dritt tad-destinatarju ta’ att ġudizzjarju, li r-residenza tiegħu jew il-post ta’ soġġorn abitwali tiegħu ma jinsabx fl-Istat Membru fejn tiżvolġi l-istanza, milli jibbenefika milli jirċievi dan l-att realment u effettivament, u dan b’mod partikolari minħabba l-fatt li la l-għarfien tal-att ġudizzjarju fil-ħin sabiex jipprepara d-difiża tiegħu u lanqas it-traduzzjoni tal-istess att ma huma żgurati lill-imsemmi destinatarju.
Fil-fatt, l-għanijiet tar-Regolament Nru 1393/2007 li huma intiżi għat-titjib u għall-ħeffa fit-trażmissjoni tal-atti ġudizzjarji bejn l-Istati Membri ma jistgħux jintlaħqu jekk dispożizzjonijiet nazzjonali jdgħajfu, b’xi mod jew ieħor, id-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji tagħhom, li jirriżultaw mid-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għas-Salvagwardja tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(ara l-punti 32, 34-36, 41, 42 u d-dispożittiv)
Kawża C-325/11
Krystyna Alder u Ewald Alder
vs
Sabina Orlowska u Czeslaw Orlowski
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis- Sąd Rejonowy w Koszalinie)
“Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Notifika tal-atti — Parti ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Rappreżentant iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali — Assenza — Atti proċedurali inklużi fil-fajl — Preżunzjoni ta’ għarfien”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Kamp ta’ applikazzjoni — Determinazzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Inammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Notifika tal-atti ġudizzjarji lil parti li għandha r-residenza jew il-post ta’ soġġorn abitwali fi Stat Membru ieħor u li ma ħatritx rappreżentant fl-Istat tat-tilwima — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-notifika permezz tal-inklużjoni tal-imsemmija atti fil-proċess — Inammissibbiltà