Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0113

    Sommarju tas-sentenza

    Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10

    Zuckerfabrik Jülich AG

    vs

    Hauptzollamt Aachen,

    British Sugar plc

    vs

    Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs

    u

    Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable

    vs

    Directeur général des douanes et droits indirects et Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

    [talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf, mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division u mit-tribunal de grande instance de Nanterre]

    “Politika agrikola komuni — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Produtturi taz-zokkor u tal-iżoglukożju — Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni — Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ ħlasijiet lura fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr ħlas lura — Retroattività tal-leġiżlazzjoni — Rati tal-kambju — Għoti tal-interessi”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012

    1. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Kalkolu – Regolament Nru 1193/2003 – Sistema li twassal sabiex jiġi ffissat a priori t-telf globali li għandu jiġi ffinanzjat, imsemmi mill-Artikolu 15(1)(e) tar-Regolament bażiku Nru 1260/2001, għal ammont ogħla minn dak tal-ispejjeż marbuta mall-ħlasijiet lura – Nuqqas ta’ konformità mal-għan tar-Regolament bażiku – Invalidità

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, Artikolu 2, u Nru 1193/2009)

    2. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Kalkolu – Determinazzjoni tar-rata tal-kambju applikabbli għall-ħlasijiet lura ta’ pagamenti eċċessivi – Assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam – Determinazzjoni skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat

      (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2000/597, Artikolu 8(1), u 2007/436, Artikolu 8(1))

    3. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Somom imħallsa indebitament minn individwi bħala imposti fuq il-produzzjoni ffissati permezz ta’ regolament invalidu – Dritt għar-rimbors tal-imsemmija somom u għall-ħlas tal-interessi marbuta miegħu – Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tirrifjuta l-ħlas ta’ tali interessi fuq l-ammonti miġbura minn Stat Membru abbażi tal-impossibbiltà ta’ dan l-Istat Membru li jitlob l-interessi korrispondenti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Assenza

    1.  Ir-Regolament Nru 1193/2009, li jirrettifika r-Regolamenti Nru 1762/2003, Nru 1775/2004, Nru 1686/2005, Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, fid-dispożizzjonijiet tiegħu minbarra dawk tal-Artikolu 3, diġà annullati bħala riżultat tal-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1686/2005, li jistabbilixxi l-imposti fuq il-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/05, deċiż mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tad-29 ta’ Settembru 2011, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-4/06), huwa invalidu, peress li, inkwantu huwa jwassal fil-prattika sabiex jiġi stabbilit a priori t-telf globali prevedibbli fis-sens tal-Artikolu 15(1)(e) tar-Regolament bażiku Nru 1260/2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, għal ammont ogħla minn dak tal-ispejjeż marbuta mall-ħlasijiet lura, imur lil hinn mill-għan tar-Regolament bażiku, u b’mod partikolari minn finanzjament ġust tal-infiq marbut mar-rimi tal-eċċess ta’ produzzjoni Komunitarja.

      (ara l-punti 39, 53, 54 u d-dispożittiv 1)

    2.  Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fuq dan il-punt, huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li għandu jistabbilixxi r-rata ta’ kambju applikabbli għall-kalkolu tal-kumpens dovut għall-pagament żejjed ta’ imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor.

      Fil-fatt, peress li l-imsemmija imposti, skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjonijiet 2000/597 u 2007/436, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, jinġabru mill-Istati Membri skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, li għandhom, fejn xieraq, jiġu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il-kawżi relatati mal-ħlas lura tal-ammonti rċevuti għal dan il-għan f’isem l-Unjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati nazzjonali u għandhom jiġu deċiżi minnhom skont id-dritt nazzjonali tagħhom, kemm fuq il-lat proċedurali kif ukoll dak sostanzjali, sa fejn id-dritt tal-Unjoni ma jkunx ipprovda mod ieħor f’dan il-qasam.

      (ara l-punti 58, 63 u d-dispożittiv 2)

    3.  Skont id-dritt tal-Unjoni, il-partijiet f’kawża li għandhom dritt għar-rimbors ta’ somom imħallsa indebitament bħala imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor stabbiliti permezz ta’ regolament invalidu għandhom ukoll id-dritt għall-ħlas tal-interessi marbuta miegħu. F’dan ir-rigward, awtorità nazzjonali ma tistax, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tirrifjuta l-pagament ta’ interessi fuq l-ammonti rċevuti minn Stat Membru abbażi ta’ regolament invalidu għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma jistax jitlob l-interessi korrispondenti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.

      (ara l-punti 67-69 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10

    Zuckerfabrik Jülich AG

    vs

    Hauptzollamt Aachen,

    British Sugar plc

    vs

    Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs

    u

    Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable

    vs

    Directeur général des douanes et droits indirects et Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

    [talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf, mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division u mit-tribunal de grande instance de Nanterre]

    “Politika agrikola komuni — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Produtturi taz-zokkor u tal-iżoglukożju — Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni — Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ ħlasijiet lura fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr ħlas lura — Retroattività tal-leġiżlazzjoni — Rati tal-kambju — Għoti tal-interessi”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012

    1. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Imposti fuq il-produzzjoni — Kalkolu — Regolament Nru 1193/2003 — Sistema li twassal sabiex jiġi ffissat a priori t-telf globali li għandu jiġi ffinanzjat, imsemmi mill-Artikolu 15(1)(e) tar-Regolament bażiku Nru 1260/2001, għal ammont ogħla minn dak tal-ispejjeż marbuta mall-ħlasijiet lura — Nuqqas ta’ konformità mal-għan tar-Regolament bażiku — Invalidità

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1686/2005, Artikolu 2, u Nru 1193/2009)

    2. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Imposti fuq il-produzzjoni — Kalkolu — Determinazzjoni tar-rata tal-kambju applikabbli għall-ħlasijiet lura ta’ pagamenti eċċessivi — Assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam — Determinazzjoni skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat

      (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2000/597, Artikolu 8(1), u 2007/436, Artikolu 8(1))

    3. Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Imposti fuq il-produzzjoni — Somom imħallsa indebitament minn individwi bħala imposti fuq il-produzzjoni ffissati permezz ta’ regolament invalidu — Dritt għar-rimbors tal-imsemmija somom u għall-ħlas tal-interessi marbuta miegħu — Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tirrifjuta l-ħlas ta’ tali interessi fuq l-ammonti miġbura minn Stat Membru abbażi tal-impossibbiltà ta’ dan l-Istat Membru li jitlob l-interessi korrispondenti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Assenza