Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0602

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-602/10

    SC Volksbank România SA

    vs

    Autoritatea Naţională pentru Protecţia Consumatorilor — Comisariatul Judeţean pentru Protecţia Consumatorilor Călăraşi (CJPC)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călăraşi)

    “Protezzjoni tal-konsumaturi — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Artikoli 22, 24 u 30 — Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva — Applikabbiltà għal ftehim mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tal-imsemmija direttiva — Obbligi mhux previsti mill-istess direttiva — Limitu tal-kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef — Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE — Obbligu ta’ implementazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48 – Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Ftehim ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli – Esklużjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha dan il-ftehim ta’ kreditu u li timponi, għalihom, obbligi għall-istabbilimenti ta’ kreditu – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/87, premessa 10e u l-Artikolu 2(2)(a), u Artikolu 22(1))

    2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Domandi li jkollhom relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża – Domanda li tipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv

      (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23)

    3. Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48 – Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ftehim ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva – Applikabbiltà għal ftehim fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48, Artikolu 30(1))

    4. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji – Leġiżlazzjoni li ma tipprevedix spiża addizzjonali għall-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra – Ammissibbiltà

      (Artikolu 56 TFUE)

    5. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Interpretazzjoni mitluba minħabba l-applikabbiltà, għal sitwazzjonijiet mhux irregolati mid-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva trasposta fid-dritt nazzjonali – Ġurisdizzjoni sabiex tingħata din l-interpretazzjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    6. Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48 – Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi – Riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-konsumatur jikkuntattja direttament lil awtorità ta’ protezzjoni tal-konsumaturi mingħajr il-ħtieġa li qabel jirrikorri għal proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kwistjonijiet – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48, Artikolu 24(1))

    1.  Kif jirriżulta mill-premessa 10 tad-Direttiva 2008/48, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 87/102, l-Istati Membri jistgħu, skont id-dritt tal-Unjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għal oqsma li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Għalhekk, f’dak li jirrigwarda l-ftehim ta’ kreditu li ma jidħolx taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, huma jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri nazzjonali li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jew għal ċerti dispożizzjonijiet tagħha.

      Minn dan isegwi li l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha ftehim ta’ kreditu, li għandu bħala suġġett l-għoti ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, minkejja li tali ftehim huwa espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din tal-aħħar.

      Barra minn hekk, l-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva lanqas ma jipprekludi li, għal dawn il-ftehim, Stat Membru jimponi obbligi, mhux previsti mill-imsemmija direttiva, fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn l-impriżi jistgħu jirċievu fil-kuntest tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsum li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura.

      Fil-fatt, ma jidhirx li tali regola ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, f’qasam mhux armonizzat mid-Direttiva 2008/48, hija ta’ natura li taffettwa l-bilanċ li fuqu din id-direttiva hija bbażata, fil-qasam armonizzat minn din tal-aħħar, bejn l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u l-għan intiż li jiżgura l-implementazzjoni ta’ suq intern li jaħdem fil-qasam tal-kreditu għall-konsumaturi.

      (ara l-punti 40, 44, 62, 67, u d-dispożittiv 1 u 3)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 48-51)

    3.  L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 87/102, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tagħha b’mod li din il-miżura tapplika wkoll għal ftehim ta’ kreditu li għandhom bħala suġġett l-għoti ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija miżura nazzjonali.

      Għalkemm, għal tali ftehim, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48 regola li tikkorrispondi speċifikament għall-miżura tranżitorja prevista fl-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva, huma jistgħu bħala regola wkoll, b’osservanza tar-regoli tat-Trattat FUE u bla ħsara għal atti oħra tad-dritt sekondarju eventwalment rilevanti, jistabbilixxu miżura tranżitorja differenti li timplika li l-imsemmija leġiżlazzjoni tapplika wkoll għal ftehim fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din tal-aħħar.

      (ara l-punti 53, 54 u d-dispożittiv 2)

    4.  Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsum ma tikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni nazzjonali, għalkemm tista’ teżiġi adattament ta’ ċerti klawżoli tal-ftehim, waħedha ma twassalx għal spiża addizzjonali għall-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra u lanqas, b’mod partikolari, għall-ħtieġa għal dawn l-impriżi li jirrivedu l-politika tagħhom u l-istrateġiji kummerċjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fis-suq ta’ Stat membru taħt kundizzjonijiet kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tiegħu. Minn dan isegwi li ma jidhirx li l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali tirrendi inqas attraenti l-aċċess għall-imsemmi suq u, fil-każ ta’ aċċess għalih, tnaqqas il-kapaċità tal-impriżi kkonċernati li jipprovdu qabelxejn kompetizzjoni effettiva għall-impriżi tradizzjonalment stabbiliti f’dan l-Istat.

      (ara l-punti 78-80, 83 u d-dispożittiv 4)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 86, 87)

    6.  L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 87/102, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva li, fil-qasam tal-kwistjonijiet dwar krediti għall-konsum, tippermetti lill-konsumaturi jikkuntattjaw direttament lil awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tkun tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu għal ksur ta’ din il-miżura nazzjonali, mingħajr ma tkun irrikorriet qabel għall-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal tali kwistjonijiet.

      Fil-fatt, la l-imsemmi Artikolu 24(1), li jeżiġi li l-proċeduri fil-qasam tar-riżoluzzjoni extraġudizzjarju ta’ kwistjonijiet ikunu adegwati u effikaċi, u lanqas elementi oħra tad-Direttiva 2008/48 ma jiżviluppaw il-modalitajiet jew il-karatteristiċi ta’ dawn il-proċeduri. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jirregolaw il-modalitajiet tal-imsemmija proċeduri, inkluża n-natura vinkolanti tagħhom, filwaqt li josservaw l-effettività ta’ din id-direttiva.

      Hija għalhekk ma tistax tkun ta’ ostakolu għall-fatt li Stat Membru, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ mogħtija lilu minn din id-direttiva, jippermetti li l-konsumaturi jkollhom l-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għall-korpi speċjalment stabbiliti għad-difiża tal-interessi tagħhom minħabba, b’mod partikolari, ir-riskju li l-konsumaturi, li ġeneralment jinsabu f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbla mal-persuni li jsellfu f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, ma jkunux jafu bid-drittijiet tagħhom jew jiffaċċjaw diffikultajiet biex jeżerċitawhom. Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkunsidrat li tali dispożizzjoni nazzjonali għandha bħala effett li tirrendi l-proċeduri fil-qasam tar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tal-kwistjonijiet dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsum inadegwati, ineffikaċi jew bħala li ma josservawx l-effettività tad-Direttiva 2008/48.

      (ara l-punti 94, 95, 98-100 u d-dispożittiv 5)

    Top

    Kawża C-602/10

    SC Volksbank România SA

    vs

    Autoritatea Naţională pentru Protecţia Consumatorilor — Comisariatul Judeţean pentru Protecţia Consumatorilor Călăraşi (CJPC)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Călăraşi)

    “Protezzjoni tal-konsumaturi — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Artikoli 22, 24 u 30 — Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva — Applikabbiltà għal ftehim mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tal-imsemmija direttiva — Obbligi mhux previsti mill-istess direttiva — Limitu tal-kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef — Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE — Obbligu ta’ implementazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2008/48 — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Kamp ta’ applikazzjoni — Ftehim ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli — Esklużjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha dan il-ftehim ta’ kreditu u li timponi, għalihom, obbligi għall-istabbilimenti ta’ kreditu — Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/87, premessa 10e u l-Artikolu 2(2)(a), u Artikolu 22(1))

    2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi li jkollhom relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża — Domanda li tipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv

      (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23)

    3. Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2008/48 — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi li tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ftehim ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva — Applikabbiltà għal ftehim fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni — Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48, Artikolu 30(1))

    4. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji — Leġiżlazzjoni li ma tipprevedix spiża addizzjonali għall-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra — Ammissibbiltà

      (Artikolu 56 TFUE)

    5. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Interpretazzjoni mitluba minħabba l-applikabbiltà, għal sitwazzjonijiet mhux irregolati mid-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva trasposta fid-dritt nazzjonali — Ġurisdizzjoni sabiex tingħata din l-interpretazzjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    6. Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2008/48 — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi — Riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-konsumatur jikkuntattja direttament lil awtorità ta’ protezzjoni tal-konsumaturi mingħajr il-ħtieġa li qabel jirrikorri għal proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kwistjonijiet — Ammissibbiltà