Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0080

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Prassi nazzjonali li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ irregolaritajiet imwettqa minn min joħroġ il-fattura jew minn wieħed mill-fornituri tiegħu — Inammissibbiltà — Limiti — Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112, Artikoli 167, 168(a), 178(a), 220(1) u 226)

    2. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Obbligi tal-persuna taxxabbli — Prassi nazzjonali li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ irregolaritajiet imwettqa minn min joħroġ il-fattura — Rifjut minkejja li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi tad-dritt għal tnaqqis u minkejja l-assenza ta’ indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta fl-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa ta’ min joħroġ il-fattura — Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112, Artikoli 167, 168(a), 178(a) u 273)

    Summary

    1. L-Artikoli 167, 168(a), 178(a), 220(1) u 226 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu prassi nazzjonali li, permezz tagħha, l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas, mill-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li hija għandha tħallas, l-ammont tat-taxxa dovuta jew imħallsa għas-servizzi li jkunu ġew ipprovduti lilha, minħabba li min joħroġ il-fattura relattiva għal dawn is-servizzi, jew wieħed mill-fornituri tiegħu, wettaq xi irregolaritajiet, mingħajr ma din l-awtorità tistabbilixxi, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf, jew kellha tkun taf, li t-tranżazzjoni invokata sabiex id-dritt għal tnaqqis ikollu bażi, kienet involuta fi frodi mwettqa mill-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura jew minn operatur ieħor li jintervjeni iktar kmieni fil-katina ta’ distribuzzjoni.

    (ara l-punt 50 u d-dispożittiv 1)

    2. L-Artikoli 167, 168(a), 178(a) u 273 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu prassi nazzjonali li, permezz tagħha, l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis minħabba li l-persuna taxxabbli ma żguratx ruħha li min ħareġ il-fattura relattiva għall-oġġetti li fir-rigward tagħhom jintalab l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis kellu l-kwalità ta’ persuna taxxabbli, li huwa kellu l-oġġetti inkwistjoni u kien kapaċi jikkunsinnahom u li huwa kien issodisfa l-obbligi tiegħu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jew minħabba li l-imsemmija persuna taxxabbli ma għandhiex, minbarra l-imsemmija fattura, dokumenti oħra ta’ natura li juru li l-imsemmija ċirkustanzi kienu jeżistu, minkejja li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet materjali u formali previsti bid-Direttiva 2006/112 għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis u li l-persuna taxxabbli ma kellha ebda indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta fl-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa tal-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura.

    (ara l-punt 66 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawżi magħquda C-80/11 u C-142/11

    Mahagében Kft

    vs

    Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (C-80/11)

    u

    Péter Dávid

    vs

    Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága (C-142/11)

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság u mill-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság)

    “Tassazzjoni — VAT — Sitt Direttiva — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju — Artikolu 273 — Miżuri nazzjonali sabiex tiġi miġġielda l-frodi — Prassi tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ aġir irregolari ta’ min joħroġ il-fattura relattiva għall-oġġetti jew għas-servizzi li fir-rigward tagħhom jintalab l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt — Oneru tal-prova — Obbligu tal-persuna taxxabbli li tiżgura ruħha mill-aġir regolari ta’ min joħroġ din il-fattura u li tagħti prova tiegħu”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Prassi nazzjonali li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ irregolaritajiet imwettqa minn min joħroġ il-fattura jew minn wieħed mill-fornituri tiegħu – Inammissibbiltà – Limiti – Kundizzjonijiet

      (Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112, Artikoli 167, 168(a), 178(a), 220(1) u 226)

    2. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Obbligi tal-persuna taxxabbli – Prassi nazzjonali li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ irregolaritajiet imwettqa minn min joħroġ il-fattura – Rifjut minkejja li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi tad-dritt għal tnaqqis u minkejja l-assenza ta’ indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta fl-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa ta’ min joħroġ il-fattura – Inammissibbiltà