This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0338
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawżi magħquda C-338/11 sa C-347/11
Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem FIM Santander Top 25 Euro Fi (C-338/11)
vs
Directeur des résidents à l’étranger et des services généraux
u
Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem Cartera Mobiliaria SA SICAV (C-339/11 sa C-347/11) et
vs
Ministre du Budget, des Comptes publics, de la Fonction publique
et
de la Réforme de l’État
(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil)
“Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil UCITS li ma humiex residenti, suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, u d-dividendi mħallsa lil UCITS residenti, li ma humiex suġġetti għal tali taxxa f’ras il-għajn — Neċessità, sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-miżura nazzjonali mal-moviment liberu tal-kapital, li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tad-detenturi tal-ishma — Assenza”
Sommarju tas-sentenza
Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-organi ta’ investiment kollettiv
(Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE)
L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għat-tassazzjoni, permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn, ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali meta dawn huma riċevuti minn organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) residenti fi Stat ieħor, filwaqt li dividendi bħal dawn huma eżentati mit-taxxa fir-rigward ta’ UCITS residenti fl-ewwel Stat.
Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet, ladarba l-Istat Membru jagħżel li jeżerċita l-kompetenza tiegħu li jimponi fuq id-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fid-dawl biss tal-post ta’ residenza tal-UCITS benefiċjarji, is-sitwazzjoni fiskali tad-detenturi tal-ishma ta’ dawn tal-aħħar tkun irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura diskriminatorja jew nondiskriminatorja ta’ din il-leġiżlazzjoni. Fil-fatt, meta leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tistabbilixxi kriterju ta’ distinzjoni għat-tassazzjoni ta’ dħul iddistribwit, l-evalwazzjoni tal-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet għandha ssir b’mod li jittieħed inkunsiderazzjoni dan il-kriterju. Barra minn hekk, huma biss il-kriterji ta’ distinzjoni rilevanti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ evalwazzjoni ta’ jekk it-trattament differenti li jirriżulta minn tali leġiżlazzjoni jirriflettix differenza oġġettiva tas-sitwazzjonijiet.
Fir-rigward tal-kriterju ta’ distinzjoni stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni, ibbażat biss fuq il-post ta’ residenza tal-UCITS, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tas-sitwazzjonijiet sabiex tiġi ddeterminata n-natura diskriminatorja jew nondiskriminatorja ta’ din il-leġiżlazzjoni għandha ssir biss fil-livell tal-mezz ta’ investiment. Issa, fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-prevenzjoni ta’ serje ta’ impożizzjonijiet ta’ taxxa fuq dividendi ddistribwiti minn kumpanniji residenti, is-sitwazzjoni ta’ UCITS benefiċjarja residenti hija paragunabbli għal dik ta’ UCITS benefiċjarja li ma hijiex residenti. Għalhekk, it-trattament differenti bejn il-UCITS residenti, li jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali fir-rigward tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali li huma jirċievu, u l-UCITS li ma humiex residenti, li jsostnu taxxa f’ras il-għajn fuq dawn id-dividendi, ma jistax jiġi ġġustifikat minn differenza rilevanti tas-sitwazzjoni.
(ara l-punti 27, 28, 39, 42, 44, 55 u d-dispożittiv)
Kawżi magħquda C-338/11 sa C-347/11
Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem FIM Santander Top 25 Euro Fi (C-338/11)
vs
Directeur des résidents à l’étranger et des services généraux
u
Santander Asset Management SGIIC SA, f’isem Cartera Mobiliaria SA SICAV (C-339/11 sa C-347/11) et
vs
Ministre du Budget, des Comptes publics, de la Fonction publique
et
de la Réforme de l’État
(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil)
“Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil UCITS li ma humiex residenti, suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, u d-dividendi mħallsa lil UCITS residenti, li ma humiex suġġetti għal tali taxxa f’ras il-għajn — Neċessità, sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-miżura nazzjonali mal-moviment liberu tal-kapital, li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tad-detenturi tal-ishma — Assenza”
Sommarju tas-sentenza
Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-organi ta’ investiment kollettiv