Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0337

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-337/10

Georg Neidel

vs

Stadt Frankfurt am Main

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main)

“Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri)”

Sommarju tas-sentenza

  1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Kamp ta’ applikazzjoni – Uffiċjal nazzjonali li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  2. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2))

  3. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-uffiċjali d-drittijiet għal-leave addizzjonali mħallas, li jiżdiedu mad-dritt għal leave minimu annwali mħallas

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  4. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-kumulu tad-drittijiet għal-leave mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol ta’ uffiċjal li jkun ser jirtira – Inkompatibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2))

  1.  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li japplika għal uffiċjal li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier f’kundizzjonijiet normali.

    (ara l-punt 26 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li uffiċjal huwa intitolat, meta jirtira, għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba l-fatt li ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard.

    (ara l-punt 32 u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jagħtu lill-uffiċjal id-drittijiet għal-leave addizzjonali mħallas, li jiżdiedu mad-dritt għal-leave minimu annwali mħallas ta’ erba’ ġimgħat mingħajr ma jkun ipprovdut il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju meta l-uffiċjal li jkun ser jirtira ma kienx seta’ jibbenefika minn dawn id-drittijiet addizzjonali minħabba l-fatt li hu ma wettaqx id-dmirijiet tiegħu minħabba mard.

    (ara l-punt 37 u d-dispożittiv 3)

  4.  L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88, li jikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tillimita, permezz ta’ perijodu ta’ trasferiment ta’ disa’ xhur li ladarba jiskadi d-dritt għal-leave annwali mħallas jintemm, id-dritt għal uffiċjal li jkun ser jirtira, li jakkumula kumpensi għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol.

    (ara l-punt 43 u d-dispożittiv 4)

Top

Kawża C-337/10

Georg Neidel

vs

Stadt Frankfurt am Main

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main)

“Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri)”

Sommarju tas-sentenza

  1. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Kamp ta’ applikazzjoni — Uffiċjal nazzjonali li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  2. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2))

  3. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-uffiċjali d-drittijiet għal-leave addizzjonali mħallas, li jiżdiedu mad-dritt għal leave minimu annwali mħallas

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

  4. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-kumulu tad-drittijiet għal-leave mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol ta’ uffiċjal li jkun ser jirtira — Inkompatibbiltà