Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0028

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Projbizzjoni settorjali tal-moviment ta’ trakkijiet ta' aktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija

    (Artikoli 28 KE u 29 KE; Direttivi tal-Kunsill 96/62, Artikolu 8(3), u 1999/30)

    Summary

    Jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 28 KE u 29 KE Stat Membru li, bil-għan li tiġi ggarantita l-kwalità tal-arja ċirkostanti fiż-żona kkonċernata skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62, dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti, moqri flimkien mad-Direttiva 1999/30, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, jimponi fuq it-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija projbizzjoni tal-moviment fuq medda tat-triq ta’ importanza primarja, li tikkostitwixxi waħda mit-toroq prinċipali ta’ komunikazzjoni fuq l-art bejn ċerti Stati Membri.

    Sa fejn hija timponi fuq l-impriżi kkonċernati sabiex ifittxu soluzzjonijiet sostituttivi li jħallu profitt għat-trasport tal-merkanzija msemmija, tali projbizzjoni tostakola l-moviment liberu tal-merkanzija u għandha titqies li tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi, inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 28 KE u 29 KE jekk hija ma hijiex oġġettivament iġġustifikata.

    Issa, jekk ir-rekwiżiti imperattivi li jaqgħu taħt il-protezzjoni tal-ambjent, li tinkludi bħala prinċipju, ukoll il-protezzjoni tas-saħħa, jistgħu jiġġustifikaw miżuri nazzjonali li jistgħu jostakolaw il-kummerċ intra‑Komunitarju, sakemm dawn il-miżuri jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta’ dan il-għan u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex dan jintlaħaq, l-imsemmija projbizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata f’dan ir-rigward, peress li ma ntweriex li l-għan imfittex ma setax jintlaħaq b’miżuri oħra inqas restrittivi għal-libertà ta’ moviment.

    (ara l-punti 116, 117, 122, 125, 139, 140, 150, 151 u d-dispożittiv)

    Top