EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0311

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet ta’ interpretazzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 16)

2. Dritt tal-Unjoni - Interpretazzjoni - Testi plurilingwi - Diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara l-punt 18)

3. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża - Possibbiltà ta’ emenda ulterjuri tal-annessi li jiddeterminaw l-aspetti tekniċi u l-metodi ta’ applikazzjoni tad-direttiva - Assenza ta’ effett fuq l-obbligu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 24, 25, 77)

4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni - Preżunzjonijiet - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq l-Istati Membri mid-Direttiva - Konsegwenzi (Artikolu 4(3) TUE; Artikoli 17 TFUE u 258 TFUE) (ara l-punti 30, 32, 33, 52)

5. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva - Kundizzjonijiet - Eżistenza ta’ kuntest ġuridiku ġenerali li jiggarantixxi l-applikazzjoni sħiħa tad-direttiva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 40, 47)

6. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Neċessità ta’ traspożizzjoni kompleta (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 48, 50)

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew li jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 263, p. 1).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplementaw id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.

2) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva 2007/46, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 48 ta’ din id-direttiva.

3) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top