Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0094

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Ħlas lura — Rifjut — Kundizzjoni

    2. Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Ħlas lura — Talba għal rimbors imressqa mix-xerrej finali liema xerrej ma ħallasx it-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa

    3. Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Talba għad-danni

    Summary

    1. Id-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplimenta d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu tali taxxi. Għaldaqstant, l-Istat Membru huwa obbligat, bħala prinċipju, li jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Il-ħlas lura jista’ jiġi rrifjutat biss meta dan iwassal għal arrikkiment indebitu tal-aventi kawża, jiġifieri meta huwa stabbilit li l-persuna responsabbli li tħallas dawn id-dazji tkun effettivament għaddiethom direttament fuq ix-xerrej.

    (ara l-punti 20, 21)

    2. Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jopponi talba għal rimbors ta’ taxxa indebita mressqa mix-xerrej li fuqu għaddiet dik it-taxxa, għar-raġuni li ma huwiex dan tal-aħħar li ħallasha lill-awtoritajiet tat-taxxa, dment li dan jista’, taħt id-dritt intern, iressaq azzjoni ċivili għall-irkupru ta’ ħlas indebitu fir-rigward tal-persuna taxxabbli u dment li r-rimbors minn dan tal-aħħar tat-taxxa indebita ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli;

    Madankollu, jekk ir-rimbors mill-persuna taxxabbli jirriżulta impossibbli jew eċċessivament diffiċli, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza ta’ dan l-aħħar imsemmi, il-prinċipju ta’ effettività jirrikjedi li x-xerrej ikun jista’ jagħmel it-talba tiegħu għal rimbors direttament lill-awtoritajiet tat-taxxa, u li, għalhekk, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-għodda u l-metodi proċedurali neċessarji.

    (ara l-punti 28, 29, u d-dispożittiv 1)

    3. Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jiċħad talba għad-danni mressqa mix-xerrej li fuqu l-persuna taxxabbli għaddiet taxxa indebita, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ġbir ta’ dik it-taxxa u d-dannu subit, dment li x-xerrej jista’, fuq il-bażi tad-dritt intern, jidderieġi l-imsemmija talba kontra l-persuna taxxabbli u li l-kumpens, minn dan tal-aħħar, tad-dannu subit mix-xerrej ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

    Madankollu, jekk il-kumpens mill-persuna taxxabbli, tad-dannu subit mix-xerrej li ġarr il-piż ekonomiku tat-taxxa indebita u li ġiet mgħoddija lilu jirriżulta impossibbli jew eċċessivament diffiċli, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza tal-persuna taxxabbli, il-prinċipju ta’ effettività jeħtieġ li l-imsemmi xerrej ikun f’pożizzjoni li jidderieġi t-talba tiegħu għad-danni direttament kontra l-Istat, mingħajr ma dan tal-aħħar ikun jista’ validament jopponi n-nuqqas tar-rabta kawżali diretta bejn il-ġbir tat-taxxa indebita u d-dannu subit mix-xerrej.

    (ara l-punti 38, 39, u d-dispożittiv 2)

    Top