EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0025

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-25/10

Missionswerk Werner Heukelbach eV

vs

État belge

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège)

“‘Tassazzjoni diretta — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq is-suċċessjoni — Legati favur entitajiet mingħajr skop ta’ lukru — Rifjut li tiġi applikata rata mnaqqsa meta dawn l-entitajiet ikollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor differenti minn dak li fih id-de cujus effettivament kien residenti jew jaħdem — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni’”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011   I - 499

Sommarju tas-sentenza

Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Taxxa fuq is-suċċessjoni

(Artikolu 63 TFUE)

L-Artikolu 63 TFUE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membri li tirriżerva l-possibbiltà ta’ benefiċċju għar-rata mnaqqsa tat-taxxi tas-suċċessjoni lill-entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li għandhom l-uffiċċju rreġistrat f’dan l-Istat Membru jew fl-Istat Membru li fih id-de cujus effettivament kien residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu, fil-mument tal-mewt tiegħu, jew li fih huwa effettivament kien preċedentement residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu.

Fil-fatt, għalkemm huwa leġittimu għal Stat Membru li jeħtieġ, għall-finijiet tal-għoti ta’ ċerti benefiċċji fiskali, li tkun teżisti rabta suffiċjentement stretta bejn l-entitajiet li huwa jirrikonoxxi bħala li jsegwu wħud mill-għanijiet tiegħu ta’ interess ġenerali u l-attivitajiet li huma jeżerċitaw, madankollu, dan ma jistax jirriżerva l-benefiċċju ta’ tali vantaġġi biss għall-entitajiet stabbiliti fit-territorju tiegħu u li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jeżentawh mir-responsabbiltajiet tiegħu. B’mod partikolari, l-eventwalità għal Stat Membru li jiġi eżentat minn uħud mir-responsabbiltajiet tiegħu ma tippermettilux li jintroduċi trattament differenti bejn l-entitajiet nazzjonali rrikonoxxuti li huma ta’ interess ġenerali u dawk stabbiliti fi Stat Membru ieħor minħabba li l-legati magħmula għall-benefiċċju ta’ dawn l-entitajiet, anke meta l-attivatjiet tagħhom huma fost l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, ma jistgħux iwasslu għal kumpens baġitarju. Fil-fatt, in-neċessità li jiġi prekluż it-tnaqqis ta’ dħul fiskali la tidher fost l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 65 TFUE, u lanqas fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni fuq libertà stabbilità permezz tat-Trattat FUE.

(ara l-punti 30, 31, 37 u d-dispożittiv)

Top