Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0155

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Piloti tal-linji tal-ajru

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7; Direttiva tal-Kunsill 2000/79, Ftehim anness, Klawżola 3)

    Summary

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll il-Klawżola 3 tal-Ftehim anness għad-Direttiva 2000/79, dwar l-implementazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili, għandhom jiġu interpretati fis-sens li pilota tal-linji tal-ajru, matul il-leave annwali tiegħu, mhux biss għandu d-dritt li jżomm is-salarju bażiku tiegħu, iżda wkoll, minn naħa, l-elementi kollha marbuta b’mod intrinsiku mal-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu taħt il-kuntratt tax-xogħol tiegħu u li huma kkumpensati b’ammont ta’ flus inkluż fil-kalkolu tar-remunerazzjoni globali tiegħu u, min-naħa l-oħra, l elementi kollha relatati mal-istatus personali u professjonali tal-pilota tal-linji tal-ajru.

    Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk id-diversi elementi li jikkostitwixxu r-remunerazzjoni globali tal-ħaddiem jissodisfawx dawn il-kriterji.

    (ara l-punt 31 u d-dispożittiv)

    Top