EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0491

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Domandi preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kundizzjonijiet — Eżami ex officio mill-Qorti tal-Ġustizzja

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 104b(1))

2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Sentenza ċċertifikata mogħtija fl-Istat Membru ta’ oriġini u li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 24; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 42(2), subparagrafu 1(a))

3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Sentenza ċċertifikata mogħtija fl-Istat Membru ta’ oriġini u li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 24; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikolu 42)

Summary

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi l-urġenza li tingħata deċiżjoni fis-sitwazzjonijiet ta’ tneħħija ta’ minuri b’mod partikolari meta jkun hemm riskju li s-separazzjoni ta’ wild mill-ġenitur li lilu, bħal fil-kawża prinċipali, kienet ingħatat il-kustodja qabel, anki jekk b’mod provviżorju, twassal għal deterjorament jew ħsara fir-relazzjonijiet bejniethom u għal dannu psikoloġiku.

B’hekk, meta minuri li mifruda minn missierha u li, minħabba d-distanza u t-tensjoni fir-relazzjonijiet bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali, jeżisti riskju serju u konkret ta’ nuqqas totali ta’ kuntatt bejn il-minuri u missierha waqt li jkunu għaddejjin il-proċeduri pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li tissuġġetta r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-proċedura ta’ urġenza peress li, l-użu tal-proċedura ordinarja biex tiġi ttrattata din it-talba għal deċiżjoni preliminari jista’ jkun ta’ dannu serju, jekk mhux irreparabbli, għar-relazzjonijiet bejn il-ġenitur u l-wild tiegħu u jista’ wkoll jikkomprometti iktar l-integrazzjoni ta’ dan tal-aħħar fl-ambjent familjari u soċjali f’każ ta’ ritorn eventwali fil-post fejn kien jirrisjedi qabel it-tneħħija tiegħu.

(ara l-punti 39-41)

2. Hekk kif previst fl-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2) tar Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, id-dritt tal-minuri li jinstema’ ma jeżiġix li bilfors ikun hemm smigħ quddiem il-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini, iżda jimponi l-obbligu li l-minuri jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-proċeduri u l-kundizzjonijiet legali li jippermettulu jesprimi l-opinjoni tiegħu liberament u li l-opinjoni tiegħu tinstema’ mill-qorti. Fi kliem ieħor, għalkemm l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jimponux l-obbligu fuq il-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tisma’ f’kull każ lill-minuri fil-kuntest ta’ smigħ, u b’hekk din il-qorti għandha ċerta marġni ta’ diskrezzjoni, jibqa’ l-fatt li, meta din tiddeċiedi li tisma’ lill-minuri, dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu li tieħu, skont l-aħjar interess tal-minuri u fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ partikolari, il-miżuri kollha xierqa sabiex isir dan is-smigħ, sabiex tiġi rispettata l-effettività tal-imsemmija dispożizzjonijiet, billi tagħti lill-minuri opportunità reali u effettiva li jesprimi ruħu. Għal dan l-istess għan, il-qorti tal-Istat Membru għandha tuża, sa fejn possibbli u dejjem billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-aħjar interess tal-minuri, il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha skont id-dritt nazzjonali tagħha kif ukoll l-istrumenti proprji tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, dawk previsti mir-Regolament Nru 1206/2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali.

(ara l-punti 65-67)

3. Fejn sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali tingħata mingħajr ma jinstema’ l-minuri, il-qorti kompetenti tal-Istat Membru li jeżegwixxi ma tistax topponi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali għar-raġuni li l-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tat din is-sentenza allegatament kisret l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali ksur taqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini.

Fil-fatt, hekk kif ġie enfasizzat is-sistemi ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru stabbiliti mir-Regolament Nru 2201/2003 huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-fatt li l-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali rispettivi tagħhom huma kapaċi jagħtu protezzjoni ekwivalenti u effettiva tad-drittijiet fundamentali, rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Huwa b’hekk fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru ta’ oriġini li l-partijiet ikkonċernati għandhom jużaw ir-rimedji li jippermettu li jikkontestaw il-legalità ta’ sentenza ċċertifikata skont l-Artikolu 42 tar Regolament Nru 2201/2003.

(ara l-punti 70, 71, 75 u d-dispożittiv)

Top