EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0031

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 26)

Summary

L-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-bejgħ separat minn aġenzija tal-ivvjaġġar tal-biljetti tal-opra, mingħajr il-provvista ta’ servizz ta’ vjaġġar.

Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi eċċezzjoni mill-iskema ġenerali dwar il-bażi taxxabbli fir-rigward ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal- aġenziji tal-ivvjaġġar u tal-operaturi tat-tours u, bħala eċċezzjoni mill-iskema normali tas-Sitt Direttiva, dan l-artikolu ma għandux japplika ħlief meta jkun neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tiegħu.

L-applikazzjoni ta’ din l-iskema partikolari fuq attività fejn l-aġenzija tal-ivvjaġġar sempliċement tbigħ biljetti għall-spettaklu mingħajr ma tipprovdi servizzi ta’ vjaġġar twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-istess attività tiġi ntaxxata b’mod differenti skont jekk l-operatur ekonomiku li jbiegħ l-imsemmija biljetti huwiex jew le aġenzija tal-ivjaġġar.

(ara l-punti 16, 24, 25 u dispożittiv)

Top