Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0392

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Proċedura ta’ reverse charges — Persuna taxxabbli li għandha tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud bħala d-destinatarja ta’ oġġetti jew ta’ servizzi — Dritt għal tnaqqis

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 167, 168 u 178)

    Summary

    L-Artikoli 167, 168 u 178 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni retroattiva ta’ liġi nazzjonali li, fil-kuntesta ta’ sistema ta’ reverse charges, tissuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud relatata ma’ xogħol ta’ kostruzzjoni għar-rettifika tal-fatturi relattivi għall-imsemmija tranżazzjonijiet u għall-preżentata ta’ dikjarazzjoni rettifikattiva addizzjonali, meta l-awtorità fiskali kkonċernata jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud bħala destinatarja tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni u sabiex tivverifika l-ammont tat-taxxa li tista’ titnaqqas.

    Effettivament, il-fatt li persuna taxxabbli tagħżel l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali ġdida dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud pjuttost mil-liġi qadima ma jistax fih innifsu jaffettwa d-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa, li jirriżulta direttament mill-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112. Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jeħtieġ, barra minn hekk, li t-tnaqqis tat-taxxa tal-input jingħata jekk ir-rekwiżiti bażiċi jiġu sodisfatti, anki jekk ċerti rekwiżiti formali tħallew barra mill-persuni taxxabbli. Konsegwentement, meta l-amministrazzjoni fiskali jkollha l-informazzjoni neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli, bħala destinatarja tal-provvisti inkwistjoni, hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-Artikoli 167, 168 u 178(f) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu leġiżlazzjoni li timponi, fir-rigward tad-dritt li din il-persuna għandha li tnaqqas din it-taxxa, kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jkollhom l-effett li jġibu fix-xejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. Issa, dan jista’ jkun il-każ meta l-kundizzjonijiet materjali imposti fl-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 sabiex jinkiseb id-dritt għal tnaqqis jiġu sodisfatti u meta, fil-mument meta l-awtorità fiskali tirrifjuta d-dritt tal-persuna taxxabbli għal tnaqqis għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, din l-awtorità jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli hija suġġetta għat-taxxa.

    (ara l-punti 36, 39, 40, 42-43, 46 u d-dispożittiv)

    Top