EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0578

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Viżi, ażil, immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal‑familja — Direttiva 2003/86

(Direttiva tal-Kunsill 2003/86, Artikolu 7(1) u Artikolu 7(1)(ċ))

2. Viżi, ażil, immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal‑familja — Direttiva 2003/86

(Direttiva tal-Kunsill 2003/86, Artikolu 2(d), u 7(1) u Artikolu 7(1)(ċ))

Summary

1. Il-frażi “jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali” li tidher fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta din ir-riunifikazzjoni lill-isponsor li jkollu l-prova li jiddisponi minn riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfaw il-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, madankollu jista’ jitlob għajnuna speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u individwali kkunsidrati neċessarji għall-għajxien tiegħu, għal ħlas lura tat-taxxa mogħtija minn awtoritajtiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ sostenn għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali.

Fil-fatt, peress li l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja hija, skont id‑direttiva, ir-regola ġenerali, il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tagħha għandha tiġi interpretata b’mod strett. Barra minn hekk, il-marġni ta’ manuvrar mogħti lill-Istati Membri ma għandux jintuża minnhom b’mod li jippreġudika l-għan tad-direttiva, li huwa li tiġi promossa r‑riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex din tintlaħaq b’mod effettiv.

(ara l-punti 43, 52 u d-dispożittiv 1)

2. Id-Direttiva 2003/86, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-dħul imposti fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjoni mal-familja bdietx qabel jew wara d-dħul tal-isponsor fit-territorju tal-Istat Membru li jospitah.

Fil-fatt, fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ distinzjoni, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħmel, skont il-mument li fih tiġi kkreata l-familja, u hekk kif jirriżulta minn neċessità li ma jiġux interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86 b’mod restrittiv kif ukoll li ma titneħħilhomx l-effettività tagħhom, l-Istati Membri ma jiddisponux minn marġni ta’ diskrezzjoni li jippermettilhom jerġgħu jintroduċu din id-distinzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ta’ traspożizzjoni tad-direttiva. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ sponsor li jiddisponi minn riżorsi regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal‑familja tiegħu fis-sens tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) bl-ebda mod ma tista’ tiddependi fuq il-mument li fih stabbilixxa l-familja tiegħu.

(ara l-punti 64, 66 u d-dispożittiv 2)

Top