Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0515

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-515/07

    Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie

    vs

    Staatssecretaris van Financiën

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Sitt Direttiva tal-VAT — Oġġetti u servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli u ta’ tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet taxxabbli — Dritt għal tnaqqis immedjat u sħiħ tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta’ tali oġġetti u servizzi”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Mengozzi, ippreżentati fit-22 ta’ Diċembru 2008   I ‐ 841

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2009   I ‐ 865

    Sommarju tas-sentenza

    Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa input imħallsa

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 6(2)(a) u 17(2))

    L-Artikoli 6(2)(a) u 17(2) tas-Sitt Direttiva, 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma japplikawx għall-użu ta’ oġġetti u ta’ servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet li mhumiex it-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, bħal attivitajiet li għal assoċjazzjoni jikkonsistu fid-difiża tal-interessi ġenerali tal-membri tagħha, peress li t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq l-akkwist ta’ dawn l-oġġetti u ta’ dawn is-servizzi, relatata ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, ma tistax titnaqqas.

    L-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-direttiva mhuwiex fil-fatt intiż li jistabbilixxi regola li abbażi tagħha tranżazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-VAT jistgħu jitqiesu li twettqu “għal skopijiet oħra barra dawk” tan-negozju skont din id-dispożizzjoni.

    (ara l-punti 38, 40 u d-dispożittiv)

    Top