Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0433

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-433/08

Yaesu Europe BV

vs

Bundeszentralamt für Steuern

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Tmien Direttiva tal-VAT — Arranġamenti għar-rimbors tal-VAT lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż — Anness A — Applikazzjoni għal rimbors — Kunċett ta’ ‘firma’ li jinsab fl-imsemmija applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi l-firma tal-persuna taxxabbli stess jew tar-rappreżentant legali tagħha, bl-esklużjoni tal-firma ta’ rappreżentant awtorizzat”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009   I ‐ 11489

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Rimbors tat-taxxa lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż

(Diretiva tal-Kunsill 79/1072, Anness A)

Il-kunċett ta’ “firma” tal-applikazzjoni għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fil-mudell li jinsab fl-Anness A tat-Tmien Direttiva 79/1072, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, jikkostitwixxi kunċett tad-dritt Komunitarju li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fis-sens li tali applikazzjoni għal rimbors ma għandhiex bilfors tiġi ffirmata mill-persuna taxxabbli stess, iżda, f’dan ir-rigward, il-firma ta’ rappreżentant awtorizzat tista’ tkun suffiċjenti.

(ara l-punt 29 u d-dispożittiv)

Top