EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0044

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-44/08

Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK ry et

vs

Fujitsu Siemens Computers Oy

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus)

“Proċeduri għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 98/59/KE — Approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tkeċċijiet kollettivi — Artikolu 2 — Protezzjoni tal-ħaddiema — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema — Grupp ta’ impriżi — Kumpannija parent — Sussidjarja”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali P. Mengozzi, ippreżentati fit-22 ta’ April 2009   I ‐ 8166

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009   I ‐ 8188

Sommarju tas-sentenza

  1. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema

    (Direttiva tal-Kunsill 98/59, Artikolu 2(1) u (2))

  2. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema

    (Direttiva tal-Kunsill 98/59, il-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3))

  3. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema

    (Direttiva tal-Kunsill 98/59, Artikolu 2(1) u (4))

  4. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema

    (Direttiva tal-Kunsill 98/59, Artikolu 2(1) u (4))

  1.  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-adozzjoni, fi ħdan grupp ta’ impriżi, ta’ deċiżjonijiet strateġiċi jew ta’ modifiki ta’ attivitajiet li jġegħlu lil min iħaddem li jipprevedi jew li jipproġetta tkeċċijiet kollettivi, tpoġġi obbligu ta’ konsultazzjoni fuq min iħaddem. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-ewwel subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 2, il-konsultazzjonijiet għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-possibbiltà li jiġu evitati jew imnaqqsa t-tkeċċijiet kollettivi previsti. Issa, konsultazzjoni li tibda filwaqt li tkun diġà ttieħdet deċiżjoni li tagħmel neċessarji tkeċċijiet kollettivi bħal dawn ma tkunx tista’ titratta b’mod utli l-eżami ta’ alternattivi possibbli sabiex dawn jiġu evitati.

    (ara l-punti 47, 49, u d-dispożittiv 1)

  2.  L-oriġini tal-obbligu ta’ min iħaddem li jibda konsultazzjonijiet fuq it-tkeċċijiet kollettivi previsti ma tiddependix fuq il-fatt li min iħaddem huwa diġà f’pożizzjoni li jagħti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi. Il-punt tat-tluq tal-konsultazzjonijiet ma jkunx jiddependi fuq il-fatt li min iħaddem huwa diġà f’pożizzjoni li jforni lir-rappreżentanti tal-ħaddiema l-informazzjoni kollha msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, il-loġika ta’ din id-dispożizzjoni hija li min iħaddem iforni lir-rappreżentanti tal-ħaddiema l-informazzjoni rilevanti tul il-konsultazzjonijiet. Flessibbiltà hija indispensabbli, peress li, minn naħa, din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli biss f’mumenti differenti tal-proċess ta’ konsultazzjoni, li jimplika li min iħaddem għandu l-possibbiltà u l-obbligu li jikkompletahom fil-proċess.

    (ara l-punti 53-55, u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4), tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi komposti minn kumpannija parent u minn sussidjarja jew iktar, l-obbligu ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema jibda’ biss fir-rigward tas-sussidjarja li għandha l-kwalità ta’ min iħaddem meta tkun identifikata din is-sussidjarja li fiha jista’ jsiru tkeċċijiet kollettivi. Fil-fatt, konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jinbdew biss jekk tkun magħrufa l-impriża li fiha t-tkeċċijiet kollettivi jkunu jistgħu jseħħu. Meta l-kumpannija parent ta’ grupp ta’ impriżi tadotta deċiżjonijiet ta’ natura li jkollhom riperkussjonijiet fuq l-impjieg ta’ ħaddiema fi ħdan dan il-grupp, hija s-sussidjarja li l-ħaddiema tagħha jistgħu jiffaċċjaw tkeċċijiet kollettivi li għandha, fil-kwalità tagħha ta’ min iħaddem tagħmel konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Konsegwentement mhux possibbli li jinbdew konsultazzjonijiet bħal dawn sakemm l-imsemmija sussidjarja ma tkunx ġiet identifikata.

    (ara l-punti 63, 65, u d-dispożittiv 3)

  4.  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi, il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tiġi konkluża mis-sussidjarja kkonċernata minn tkeċċijiet kollettivi qabel mal-imsemmija sussidjarja, jekk ikun il-każ fuq struzzjoni diretta tal-kumpannija parent tagħha, tittermina l-kuntratti tal-ħaddiema kkonċernati minn dawn it-tkeċċijiet.

    (ara l-punt 72, u d-dispożittiv 4)

Top