This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0272
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-272/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/83/KE — Dritt għal ażil — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. |
Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva (Artikolu 249 KE) (ara l-punti 8, 9) |
2. |
Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10) |
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |