EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0480

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-480/06

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/50/KEE — Nuqqas ta’ proċedura formali għall-għoti ta’ kuntratt Ewropew għal servizzi ta’ trattament tal-iskart — Kooperazzjoni bejn awtoritajiet lokali”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Mazák, ippreżentati fid-19 ta’ Frar 2009   I ‐ 4749

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Ġunju 2009   I ‐ 4762

Sommarju tas-sentenza

Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Kamp ta’ applikazzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikolu 1)

Kuntratt li jikkostitwixxi kemm il-bażi kif ukoll il-kuntest legali għall-kostruzzjoni u t-tħaddim futuri ta’ impjant intiż għat-twettiq ta’ servizz pubbliku, jiġifieri l-irkupru tas-sħana mill-iskart, sakemm dan ikun ġie konkluż minn awtoritajiet pubbliċi biss, mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ parti privata, u li ma jkun jipprevedi u lanqas ma jkun jippreġudika l-għoti ta’ kuntratti li jkunu eventwalment neċessarji għall-kostruzzjoni u għat-tħaddim tal-impjant ta’ trattament tal-iskart, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/50, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi.

Fil-fatt, awtorità pubblika tista’ twettaq id-dmirijiet ta’ interess pubbliku li huma imposti fuqha jew bil-mezzi tagħha stess, jew inkollaborazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra, mingħajr ma tkun obbligata li tirrikorri għal entitajiet esterni li ma jkunux jifformaw parti mid-dipartimenti tagħha. F’dan ir-rigward, minn naħa, id-dritt Komunitarju bl-ebda mod ma jimponi fuq l-awtoritajiet pubbliċi, sabiex jiżguraw flimkien il-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom, l-adozzjoni ta’ forma ġuridika partikolari. Min-naħa l-oħra, tali kollaborazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi ma tistax thedded l-għan prinċipali tar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, jiġifieri l-moviment liberu tas-servizzi u l-ftuħ għall-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fl-Istati Membri kollha, meta l-implementazzjoni ta’ din il-kooperazzjoni tkun unikament irregolata minn kunsiderazzjonijiet u ħtiġijiet intiżi għall-ksib ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku u meta l-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-persuni kkonċernati msemmi fid-Direttiva 92/50 ikun iggarantit, b’tali mod li l-ebda impriża privata ma titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġjata meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(ara l-punti 44, 45, 47)

Top