EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0519

Sommarju tad-digriet

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ April 2009 — Koukou vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-519/08)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Kuntratti suċċessivi — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni għall-ħaddiema — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-abbużi — Sanzjonijiet — Projbizzjoni assoluta li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jinbidlu f’kuntratti għal żmien indeterminat fis-settur pubbliku — Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva — Interpretazzjoni konformi”

1. 

Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżoli 5(1)(a) u 8(3)) (punti 48, 59, 72, 81, 91, 102, 133, u d-dispożittivi 1-6, 8)

2. 

Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Projbizzjoni ta’ tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni għall-ħaddiema fil-qasam kopert mill-imsemmi ftehim (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżoli 5(1) u 8(3)) (punt 124 u d-dispożittiv 7)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Monomeles Protodikeio Athinon — Interpretazzjoni tal-klawżoli 5 u 3 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p.368) — Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid indefinit ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat — Obbligu, impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiġu konklużi dawn il-kuntratti — Projbizzjoni li tiġi adottata leġiżlazzjoni għat-traspożizzjoni li tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema — Kunċett ta’ deterjorament.

Dispożittiv

1) 

Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jidher fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat li jiġi ġġustifikat biss mill-fatt li l-użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat huwa stabbilit minn dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari ġenerali ta’ Stat Membru. Bil-kontra ta’ dan, il-kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”, fis-sens tal-imsemmija klawżola, jeżiġi li l-użu ta’ din it-tip partikolari ta’ relazzjoni ta’ xogħol, kif stabbilit bil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġi ġġustifikat bl-eżistenza ta’ elementi konkreti li jirrigwardaw b’mod partikolari l-attività inkwistjoni u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tagħha.

2) 

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li, filwaqt li timponi, bis-saħħa ta’ miżuri preventivi kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, l-osservanza tat-tul massimu totali ta’ dawn il-kuntratti, tistabbilixxi, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, eċċezzjonijiet għal din l-aħħar limitazzjoni meta dawn il-ħaddiema jibbenefikaw tal-inqas minn waħda mill-miżuri preventivi stabbiliti fl-imsemmija klawżola.

3) 

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tistabbilixxi, bis-saħħa ta’ miżuri li jipprojbixxu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, il-ħlas ta’ pagi u l-ħlas ta’ kumpens kif ukoll sanzjonijiet kriminali u dixxiplinari, sa fejn, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi ssanzjonat l-użu abbużiv mill-amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat.

4) 

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li, sa fejn fis-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru ma jkunx hemm, fis-settur pubbliku, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, peress li hija ma tkunx applikabbli ratione temporis għal kuntratti suċċessivi għal żmien determinat li jkunu ġew konklużi jew imġedda wara l-iskadenza tal-perijodu stabbilit mid-Direttiva 1999/70, għat-traspożizzjoni tagħha meta huma ma kinux validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni jew fi kwalunkwe mument matul perijodu ta’ tliet xhur qabel din id-data.

5) 

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta s-sistema legali nazzjonali tal-Istat Membru jkollha, fis-settur inkwistjoni, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fl-istess sens tal-punt 1, hija ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ regola fid-dritt nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut, għas-settur pubbliku biss, il-bdil f’kuntratti għal żmien indeterminat ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi li, peress illi jkollhom l-għan li jissodisfaw l-eżiġenzi permanenti u dewwiema ta’ min qiegħed jimpjega, għandhom jitqiesu li huma abbużivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa sa fejn il-kundizzjonijiet applikabbli kif ukoll l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il-każ, issanzjonat, l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat mill-awtorità pubblika.

6) 

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, fil-prinċipju, li l-kawżi li jirrigwardaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati amministrattivi. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura, fid-dawl tal-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, li d-dritt ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jiġi ggarantit.

7) 

Il-Klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tistabbilixxi, għal finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, kundizzjonijiet supplimentari meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fid-dritt nazzjonali preċedenti, bħalma huwa, b’mod partikolari, l-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920 dwar ix-xoljiment obbligatorju ta’ kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiema fis-settur privat, meta dawn il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu vverifikati mill-imsemmija qorti, jaffettwaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien determinat jew ikunu kkumpensati permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat fis-sens tal-Klawżola 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas.

8) 

Sa fejn huwa possibbli, il-qorti tar-rinviju għandha tagħti lid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-dritt nazzjonali interpretazzjoni konformi mal-Klawżoli 5(1) u 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat], kif ukoll tiddetermina, f’dan il-kuntest, jekk dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi 2112/1920, għandhiex tiġi applikata fil-kawża prinċipali minflok ċerti dispożizzjonijiet oħra f’dan id-dritt.

Top