Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CO0492

Sommarju tad-digriet

Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-liġijiet — Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam ta’ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet — Direttiva 89/665

(Direttiva tal-Kunsill 89/665, Artikolu 1)

Summary

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix li, skond id-dritt nazzjonali, wieħed biss mill-membri ta’ assoċjazzjoni temporanja mingħajr personalità ġuridika li pparteċipa, bħala tali, għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku u li ma jkunx ingħata l-imsemmi kuntratt, ikun jista’ jagħmel, individwalment, rikors kontra d-deċiżjoni ta’ l-għoti tiegħu.

(ara l-punt 31 u d-dispożittiv)

Top