Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0182

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Trattament ugwali – Remunerazzjoni – Taxxa fuq id-dħul

    (Artikolu 39 KE)

    Summary

    L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil ċittadin Komunitarju, mhux residenti fl-Istat Membru fejn jaqla’ d-dħul li jikkostitwixxi l-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tiegħu, li jitlob it-teħid in kunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli għall-imsemmi dħul, ta’ telf ta’ dħul minn kiri ta’ immobbli li ma jgħix fihom personalment u li jinsabu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li persuna residenti ta’ l-ewwel Stat tista’ titlob it-teħid in kunsiderazzjoni ta’ l-imsemmi telf ta’ dħul minn kiri ta’ immobbli.

    Fir-rigward ta’ taxxi diretti, is-sitwazzjoni tar-residenti u dik tal-persuni mhux residenti mhumiex, bħala regola ġenerali, komparabbli, b’tali mod li l-fatt, għal Stat Membru, li ma jħallix li kontribwent mhux residenti jibbenefika minn ċerti vantaġġi fiskali li huwa jagħti lil kontribwent residenti mhuwiex, bħala regola ġenerali, diskriminatorju peress illi dawk iż-żewġ kategoriji ta’ kontribwenti mhumiex f’sitwazzjoni komparabbli.

    Is-sitwazzjoni hija madankollu differenti f’każ fejn il-persuna mhux residenti ma tirċevix dħul sinjifikattiv fl-Istat fejn hija residenti u tikseb il-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tagħha minn attività eżerċitata fl-Istat Membru fejn hija impjegata, b’tali mod li l-Istat ta’ residenza ma jkunx f’pożizzjoni li jkun jista’ jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid in kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha, billi d-diskriminazzjoni tikkonsisti fil-fatt li din ta’ l-aħħar mhijiex meħuda in kunsiderazzjoni fl-Istat ta’ residenza u lanqas fl-Istat fejn hija impjegata.

    Ir- ratio li fuqha hija bbażata din id-diskriminazzjoni tirrigwarda l-vantaġġi fiskali kollha marbuta mal-kapaċità kontributtiva tal-persuna mhux residenti li ma tittiħidx in kunsiderazzjoni fl-Istat ta’ residenza u lanqas fl-Istat fejn hija impjegata, peress li l-kapaċità kontributtiva tagħmel parti mis-sitwazzjoni personali ta’ persuna mhux residenti.

    (ara l-punti 28-31, 34, 36 u d-dispożittiv)

    Top