Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CO0151

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2023.
    ZSE Elektrárne, s.r.o vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 183 – Eċċess tal-VAT – Rimbors tardiv – Dritt tal-persuna taxxabbli għall-interessi moratorji – Modalitajiet ta’ implimentazzjoni – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ effettività u ta’ newtralità fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tqiegħed il-punt ta’ tluq tal-kalkolu tal-interessi moratorji għal data wara dik li fiha kellu jsir dan ir-rimbors fl-assenza ta’ kontroll fiskali.
    Kawża C-151/23.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:751

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal‑5 ta’ Ottubru 2023 –
    ZSE Elektrárne

    (Kawża C‑151/23)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 183 – Eċċess tal-VAT – Rimbors tardiv – Dritt tal-persuna taxxabbli għall-interessi moratorji – Modalitajiet ta’ implimentazzjoni – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ effettività u ta’ newtralità fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tqiegħed il-punt ta’ tluq tal-kalkolu tal-interessi moratorji għal data wara dik li fiha kellu jsir dan ir-rimbors fl-assenza ta’ kontroll fiskali”

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis – Ħlas lura tal-eċċess – Obbligu ta’ ħlas ta’ interessi fil-każ ta’ assenza ta’ rimbors f’terminu raġonevoli – Modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-interessi li jaqgħu taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Determinazzjoni tal-punt ta’ tluq għall-kalkolu tal-interessi li għandhom jiggarantixxu kumpens xieraq għad-dannu mġarrab

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183)

    (ara l-punti 27 sa 31, u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-persuna taxxabbli hija intitolata li l-awtorità fiskali nazzjonali tħallasha l-interessi moratorji fuq eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud meta din l-awtorità ma tkunx wettqet rimbors ta’ dan l-eċċess tat-taxxa f’terminu raġonevoli. Il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta dawn l-interessi taqa’ taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, fil-limiti tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, bil-fehim li r-regoli nazzjonali relattivi b’mod partikolari mal-punt ta’ tluq għall-kalkolu ta’ interessi possibbilment dovuti ma għandhomx iwasslu sabiex iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq tat-telf ikkawżat mir-rimbors tardiv tal-imsemmi eċċess tat-taxxa.

    Top