Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TO0104

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022.
L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej – Regolament (KE) Nru 1303/2013 – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi.
Kawża T-104/22 R.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:351

 Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑104/22)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej – Regolament (KE) Nru 1303/2013 – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Motivi li jirrigwardaw l-applikabbiltà tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess pubbliku previst mir-Regolament Nru 1049/2001 u l-ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Aggravji li prima facie ma humiex infondati

(Artikolu 4 TUE; Artikoli 278 u 279 TFUE; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 10 u Artikoli 2(3) u 4(1)(a), 2, 4 u 5, u Nru 1303/2013, premessa 10 u Artikolu 73)

(ara l-punti 19, 20, 43 sa 48, 50 sa 52)

2. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Possibbiltà għall-Istat Membru li jitlob lill-istituzzjoni li d-dokumenti ma jiġux żvelati – Kompetenza tal-istituzzjoni – Stħarriġ tal-fondatezza tar-rifjut ta’ aċċess fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament – Portata – Obbligu ta’ motivazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1049/2001, Artikoli 4(1) sa (3) u 5)

(ara l-punti 33 sa 37)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti aċċess parzjali għal dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru – Impossibbiltà li tiġi stabbilita mill-ġdid sussegwentement in-natura kunfidenzjali tagħhom – Inklużjoni

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punti 54, 57 sa 60)

Dispożittiv

1) 

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021, adottata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li għandha bħala suġġett it-talba konfermattiva ta’ GestDem 2021/2808 intiża sabiex tiggarantixxi l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet tagħha hija sospiża.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati

Top