Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TJ0386

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2023.
QF vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni.
Kawża T-386/22.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2023:670

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal‑25 ta’ Ottubru 2023 –
QF vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑386/22) ( 1 )

“Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni”

1. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Inklużjoni tar-rikorrent fil-lista annessa mad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ negozjant influwenti li jeżerċita attività f’setturi ekonomiċi u li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern Russu – Dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku – Valur probatorju

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/581, Anness)

(ara l-punti 30 sa 32, 36, 37)

2. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Inklużjoni fil-listi bbażata fuq sensiela ta’ indizji preċiżi, konkreti u konkordanti

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/581, Anness)

(ara l-punti 45 sa 51)

3. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Negozjanti influwenti li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Kunċett ta’ assoċjazzjoni – Interessi komuni – Relazzjoni familjali

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, Artikolu 2(1); Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, Artikolu 3(1), u 2022/581)

(ara l-punti 53 sa 55)

4. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni responsabbli, li jappoġġaw jew li jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukraina, u ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Applikazzjoni għal persuni fiżiċi minħabba r-relazzjoni familjali tagħhom mal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi – Eżami tal-provi – Assoċjazzjoni – Assenza – Żball ta’ evalwazzjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, Artikolu 2(1) u Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, Artikolu 3(1), u 2022/581, Anness)

(ara l-punti 56, 59, 63 sa 65, 71, 72)

5. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2022/581, Anness)

(ara l-punti 68, 69)

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat‑8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat‑8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil QF.

2) 

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn QF.


( 1 ) ĠU C 318, 28.8.2022.

Top