Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CO0690

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2023.
    Shortcut – Consultadoria e Serviços de Tecnologias de Informação, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 178(a) – Dritt għal tnaqqis – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Punt 6 tal-Artikolu 226 – Indikazzjonijiet li għandhom jidhru fil-fattura – Portata u natura tas-servizzi pprovduti – Fatturi li jinkludu deskrizzjoni ġenerika tas-servizzi pprovduti.
    Kawża C-690/22.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:440

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑24 ta’ Mejju 2023 –
    Shortcut

    (Kawża C‑690/22)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 178(a) – Dritt għal tnaqqis – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Punt 6 tal-Artikolu 226 – Indikazzjonijiet li għandhom jidhru fil-fattura – Portata u natura tas-servizzi pprovduti – Fatturi li jinkludu deskrizzjoni ġenerika tas-servizzi pprovduti”

    1. 

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Dritt għal tnaqqis – Kundizzjonijiet – Rekwiżiti formali – Portata – Fattura li ssemmi n-natura tas-servizzi pprovduti – Preċiżjoni b’mod suffiċjenti fid-dritt – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 178(a) u punt 6 tal-Artikolu 226)

    (ara l-punti 32 sa 34, 43, 44)

    2. 

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Dritt għal tnaqqis – Kundizzjonijiet – Rekwiżiti sostantivi – Rekwiżiti formali – Persuna taxxabbli li naqset milli tissodisfa ċerti kundizzjonijiet formali – Amministrazzjoni fiskali li għandha l-informazzjoni neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet materjali huma ssodisfatti – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 178(a) u 219, u punt 6 tal-Artikolu 226)

    (ara l-punt 59 u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 178(a), l-Artikolu 219 u l-punt 6 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu li l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jkunu jistgħu jirrifjutaw id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud għar-raġuni li fatturi li jinkludu indikazzjonijiet bħal “servizzi ta’ żvilupp ta’ applikazzjonijiet” ma jikkonformawx mar-rekwiżiti formali msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni.

    Top