EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CO0527

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Frar 2023.
Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni għat-Turkija – Suq pubbliku nazzjonali – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kuntratt ta’ servizz għal assistenza teknika għall-attivazzjoni ta’ “Grupp ta’ speċjalitajiet tal-ikel” fir-reġjun tax-Xlokk tal-Anatolja (EuropeAid/134403/IH/SER/TR) – Xoljiment ta' kuntratt – Sejħa mill-awtoritajiet Torok għal garanzija bankarja – Kontrofirma mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija tat-talba għall-ħlas – Appell manifestament infondat.
Kawża C-527/22 P.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:96

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Frar 2023 – Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-527/22 P)

“ Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi għal servizzi –Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni għat-Turkija – Suq pubbliku nazzjonali – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kuntratt ta’ servizz għal assistenza teknika għall-attivazzjoni ta’ “Grupp ta’ speċjalitajiet tal-ikel” fir-reġjun tax-Xlokk tal-Anatolja (EuropeAid/134403/IH/SER/TR) – Xoljiment ta' kuntratt – Sejħa mill-awtoritajiet Torok għal garanzija bankarja – Kontrofirma mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija tat-talba għall-ħlas– Appell manifestament infondat ”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Rikors li fil-realtà jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263, 272, 274, 288 u 299 TFUE)

(ara l-punti 9, 7, 8, 19)

2. 

Ftehimiet internazzjonali – Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni – Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-kuntest tal-ġestjoni deċentralizzata ta’ programm tal-Unjoni – Kuntratt pubbliku nazzjonali – Responsabbiltà tal-awtorità kontraenti nazzjonali għat-tħejjija, in-negozjar u l-konklużjoni ta’ dak il-kuntratt – Interventi minn rappreżentanti tal-Kummissjoni limitati għal sejbiet dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-finanzjament tal-Unjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1085/2006, Artikolu 1)

(ara l-punt 9 [11/22]).

3. 

Appell – Aggravji – Aggravju mressaq kontra motiv tad-digriet li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tiegħu – Aggravju ineffettiv

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 9 [26], 5)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2) 

Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top