EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CJ0007

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Lulju 2023.
RQ vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Rikors għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Parteċipazzjoni tas-settur privat – Dannu marbut mat-tnaqqis tal-valur nominali tal-bonds tal-Istat maħruġa ġodda b’paragun ma’ dak tal-bonds annullati – Dikjarazzjonijiet tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro – Natura informali u intergovernattiva tal-Grupp tal-Euro – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni – Imputabbiltà tad-dannu.
Kawża C-7/22 P.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:541

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Lulju 2023 –
RQ vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C‑7/22 P) ( 1 )

“Appell – Rikors għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Parteċipazzjoni tas-settur privat – Dannu marbut mat-tnaqqis tal-valur nominali tal-bonds tal-Istat maħruġa ġodda b’paragun ma’ dak tal-bonds annullati – Dikjarazzjonijiet tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro – Natura informali u intergovernattiva tal-Grupp tal-Euro – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni – Imputabbiltà tad-dannu”

1. 

Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu imputabbli lill-Unjoni – Dikjarazzjoni konġunta tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern taż-Żona tal-Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni adottata fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Miżuri intiżi għall-parteċipazzjoni tal-kredituri privati – Assenza ta’ obbligu ġuridikament vinkolanti għall-Istat Membru kkonċernat li jipprevedi tali parteċipazzjoni – Ċaħda tar-rikors

(Artikolu 3 TUE; Artikoli 119 u 340(2) TFUE)

(ara l-punt 62)

2. 

Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu kkawżat mill-Grupp tal-Euro – Korp intergovernattiv ta’ natura informali – Assenza ta’ kompetenzi proprji – Assenza ta’ kwalità ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 3 u 13(1) TUE; Artikoli 119(2), 137 u 340(2) TFUE; Protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 1)

(ara l-punti 64, 66 sa 68)

3. 

Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu imputabbli lill-Unjoni – Rikors ippreżentat wara li ġew konklużi ftehimiet politiċi fi ħdan il-Grupp tal-Euro – Dmir tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni meta jiġu konklużi tali ftehimiet – Portata

(Artikolu 17(1) TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 1)

(ara l-punti 71, 72)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

RQ għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 119, 14.3.2022.

Top