Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0536

    Kawża C-536/22 , VR Bank Ravensburg-Weingarten: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg - il-Ġermanja) – MW, CY vs VR Bank Ravensburg-Weingarten eG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2014/17/UE – Artikolu 25(3) – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetajiet immobbli residenzjali – Rimbors antiċipat – Kumpens tal-persuna li ssellef – Lucrum cessans tal-persuna li ssellef – Metodu ta’ kalkolu tal-lucrum cessans)

    ĠU C, C/2024/3046, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3046/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3046/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3046

    13.5.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg - il-Ġermanja) – MW, CY vs VR Bank Ravensburg-Weingarten eG

    (Kawża C-536/22  (1) , VR Bank Ravensburg-Weingarten)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2014/17/UE - Artikolu 25(3) - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetajiet immobbli residenzjali - Rimbors antiċipat - Kumpens tal-persuna li ssellef - Lucrum cessans tal-persuna li ssellef - Metodu ta’ kalkolu tal-lucrum cessans)

    (C/2024/3046)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Ravensburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: MW, CY

    Konvenut: VR Bank Ravensburg-Weingarten eG

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    dan japplika wkoll meta l-konsumatur iwettaq b’mod antiċipat l-obbligi tiegħu wara li jkun xolja l-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi tiegħu marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali skont il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    2)

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17

    għandha tiġi interpretata fis-sens li:

    din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan tal-kumpens tal-persuna li ssellef fil-każ ta’ rimbors antiċipat ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali, tieħu inkunsiderazzjoni l-lucrum cessans tal-persuna li ssellef sostnut direttament minn din tal-aħħar minħabba dan ir-rimbors antiċipat, u b’mod partikolari, it-telf finanzjarju mġarrab minn din il-persuna li ssellef, fejn applikabbli b’rabta mal-interessi kuntrattwali li jkun għad fadal li jitħallsu li ma jkunux ser jinġabru iktar, bil-kundizzjoni li l-kumpens ikun ekwu u oġġettiv, li ma tiġi imposta ebda penalità fuq il-konsumatur u li l-kumpens ma jaqbiżx dan it-telf finanzjarju.

    3)

    L-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    fil-każ ta’ rimbors antiċipat ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkolu, mill-persuna li ssellef, tal-lucrum cessans tagħha li jieħu inkunsiderazzjoni r-rendiment b’rata fissa tas-somma rrimborsata b’mod antiċipat iwassal sabiex il-kumpens ikun ekwu u oġġettiv, sabiex dan ma jaqbiżx it-telf finanzjarju tal-persuna li ssellef u sabiex ebda penalità ma tiġi imposta fuq il-konsumatur. Id-Direttiva 2014/17 ma teħtieġx li tali kalkolu jieħu inkunsiderazzjoni l-mod li bih il-persuna li ssellef effettivament tuża l-ammont irrimborsat b’mod antiċipat.


    (1)   ĠU C 432, 14.11.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3046/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top