Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TO0249

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Lulju 2021.
    SN vs Il-Parlament Ewropew.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallsa bħala rimbors għall-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-249/21 R.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:496

     Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑28 ta’ Lulju 2021 – SN vs Il-Parlament

    (Kawża T‑249/21 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallsa bħala rimbors għall-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Nuqqas ta’ osservanza tar-Regoli tal-Proċedura – Eżami ex officio mill-qorti

    (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

    (ara l-punt 14)

    2. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti formali – Preżentazzjoni tat-talbiet – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

    (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

    (ara l-punti 16, 17, 23, 24)

    3. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall

    (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

    (ara l-punti 27, 29, 33)

    4. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza – Nota ta’ debitu ta’ istituzzjoni mingħajr natura eżekuttiva – Nuqqas ta’ urġenza

    (Artikoli 278 u 279 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 79(2))

    (ara l-punti 35, 37)

    5. 

    Parlament Ewropew – Kompetenzi – Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet eżekutorji li jinkludu obbligu pekunjarju għall-persuni destinatarji – Esklużjoni – Konsegwenzi

    (Artikolu 299 TFUE)

    (ara l-punt 38)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal‑21 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna l-irkupru tas-somma ta’ EUR 196 199.84 indebitament imħallsa, kif ukoll tan-nota ta’ debitu Nru 7010000021, tal‑15 ta’ Jannar 2021, sussegwenti għal din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1) 

    It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

    2) 

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top