Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TO0095

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2021.
    Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Franka ta’ Madeira – Applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna bi ksur tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-95/21 R.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:383

     Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑22 ta’ Ġunju 2021 –
    Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑95/21 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Franka ta’ Madeira – Applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna bi ksur tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

    1. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156 (4))

    (ara l-punti 15–18)

    2. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall

    (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE)

    (ara l-punti 22–24)

    3. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru – Obbligu li jiġi stabbilit effett serju fuq il-funzjonijiet tal-istat, fuq l-ordni pubbliku jew fuq settur sħiħ tal-ekonomija fl-assenza tal-miżura provviżorja

    (Artikoli 278 u 279 TFUE)

    (ara l-punt 25)

    4. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat – Interess ġenerali difiż mill-Kummissjoni u interess tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Assenza ta’ urġenza u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Supremazija tal-interess ġenerali

    (Artikoli 108(2) u 278 TFUE)

    (ara l-punti 29–38)

    5. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu diġà mwettaq – Kumpens li huwa barra mill-iskop tal-proċeduri għal miżuri provviżorji

    (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(2))

    (ara l-punt 43)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji bil-għan, minn naħa, li tinkiseb is-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal‑4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madejra (ŻĦM) – Skema III u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi ordnata ma tippubblikax din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm tingħata sentenza fil-kawża prinċipali.

    Dispożittiv

    1) 

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2) 

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top