This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TO0092
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021.
Darment Oy vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Miżuri provviżorji – Ambjent – Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi – Deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq impriża li qabżet il-kwota allokata lilha – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza.
Kawża T-92/21 R.
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021.
Darment Oy vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Miżuri provviżorji – Ambjent – Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi – Deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq impriża li qabżet il-kwota allokata lilha – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza.
Kawża T-92/21 R.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:293
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-92/21 R)
“Miżuri provviżorji – Ambjent – Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi – Deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq impriża li qabżet il-kwota allokata lilha – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156) (ara l-punti 26-28) |
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 268, 278, 279 u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 31, 32, 36-39, 44) |
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Natura kumulattiva – Fumus boni juris partikolarment gravi – Assenza ta’ effett fuq l-obbligu ta’ eżami differenti tal-urġenza (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punt 47) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tieqaf tapplika għar-rikorrenti, għas-sena 2021 u għall-perijodi ta’ allokazzjoni segwenti, sanzjoni abbażi tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU 2014, L 150, p. 195), u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata talloka lir-rikorrenti kwota ta’ importazzjoni bl-ingrossa ta’ idrofluworokarburi għall-perijodu ta’ allokazzjoni 2021 u l-perijodi ta’ allokazzjoni segwenti.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |