Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TJ0532

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2023.
    OAO Minskii Avtomobilnyi Zavod - upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘appoġġ għar-reġim’ – Impriża tal-Istat – Żball ta’ evalwazzjoni.
    Kawża T-532/21.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2023:656

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2023 –
    MAZ-upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz vs Il-Kunsill

    (Kawża T-532/21) ( 1 )

    “Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘appoġġ għar-reġim’ – Impriża tal-Istat – Żball ta’ evalwazzjoni”

    1. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Diverġenza bejn l-isem magħżul fid-deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi u l-isem tal-kumpannija formalment irreġistrat tal-entità kkonċernata mill-miżura – Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assenza

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u 2023/421; Regolamenti tal-Kunsill Nri 765/2006, 2021/997 u 2023/419)

    (ara l-punti 30 sa 33, 93, 94))

    2. 

    L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Bażi fattwali – Elementi ta’ informazzjoni konkreti, preċiżi u konkordanti

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2023/421; Regolamenti tal-Kunsill Nri 765/2006, 2021/997 u 2023/419)

    (ara l-punti 38 sa 42, 46 sa 49, 72, 80 sa 84, 98 sa 101)

    3. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Miżuri adottati bis-saħħa ta’ setgħa ta’ implimentazzjoni – Interpretazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni b’mod konformi mal-att bażiku – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

    (Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2023/421; Regolamenti tal-Kunsill Nri 765/2006, 2021/997 u 2023/419)

    (ara l-punt 53)

    4. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Loukachenko jew li jappoġġjawh – Kunċett ta’ appoġġ għar-reġim – Impriża tal-Istat – Trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji tal-Istat – Inklużjoni – Impriżi li ma jikkontrollawx l-użu ta’ dawn ir-riżorsi mill-Istat – Assenza ta’ effett

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2021/1002 u (PESK) 2023/421, Artikoli 4(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nri 765/ 2006, Artikolu 2(5), 2021/997 u 2023/419)

    (ara l-punti 67 sa 69, 71)

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    OAO Minskii Avtomobilnyi Zavod – upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 422, 18.10.2021.

    Top