Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CO0729

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2023.
W. Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 19 – Kunċett ta’ ‘trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom’ – Kuntratt ta’ bejgħ li jirrigwarda ċentru kummerċjali – Trasferiment ta’ impriża – Trasferiment parzjali tal-elementi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża.
Kawża C-729/21.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:74

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas‑16 ta’ Jannar 2023 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi

(Kawża C‑729/21) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 19 – Kunċett ta’ ‘trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom’ – Kuntratt ta’ bejgħ li jirrigwarda ċentru kummerċjali – Trasferiment ta’ impriża – Trasferiment parzjali tal-elementi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża”

1. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kunsinni ta’ oġġetti – Trasferiment tal-beni kollha jew parti minnhom – Eżenzjoni mit-taxxa mingħajr obbligu għall-benefiċjarju li jiġi ttrattat bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment – Ammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19)

(ara l-punti 29 sa 38, u d-dispożittiv 1)

2. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kunsinni ta’ oġġetti – Trasferiment tal-beni kollha jew parti minnhom – Kunċett – Trasferiment parzjali tal-elementi tanġibbli u intanġibbli ta’ impriża – Inklużjoni – Kundizzjoni – Ġabra ta’ elementi ttrasferiti suffiċjenti sabiex tkun tista’ tiġi eżerċitata attività ekonomika awtonoma

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19)

(ara l-punti 44 sa 47, 49, 50, u d-dispożittiv 2)

Dispożittiv

1) 

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li t-“trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud, mingħajr ma jissuġġetta l-applikabbiltà tagħha għal kundizzjoni li l-benefiċjarju għandu jkun ittrattat bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment.

2) 

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” it-trasferiment ta’ parti minn impriża, minkejja li l-elementi tanġibbli u intanġibbli kollha li jikkostitwixxuha ma kinux ġew ittrasferiti lix-xerrej, bil-kundizzjoni li l-elementi ttrasferiti kollha jkunu suffiċjenti sabiex din l-impriża tkun tista’ teżerċita attività ekonomika awtonoma.


( 1 ) ĠU C 128, 21.3.2022.

Top